Liema kotba jirrakkuntaw dawn il-ġrajjiet? Niżżel it-titlu tal-ktieb fil-kaxxa. Uża l-kliem li hemm fil-moħbakelma. Attent għall-ortografija u l-punteġġatura. Għandek tmien minuti!
Tifla orfni tmur tgħix ma' nannuha qalb il-muntanji.
Xi esploraturi jidħlu fil-kratier ta' vulkan.
In-nies ta' raħal jitolbu lill-imperatur jeħlishom minn iljunfant.
Tfajla tilbes ta' suldat biex tmur fil-gwerra minflok missierha.
Żewġt ilpup isibu tarbija u jrabbuha mal-frieħ tagħhom.
Priġunier jaħrab minn ħabs u jsib teżor fuq gżira.
Raġel anzjan jaqtagħha li jsir kavallier qalbieni.
Tifel jaħrablu dellu.
Tliet spirti jżuru lil raġel xħiħ.
Żewġ tfajliet jinqabdu fi gwerra bejn Franċiżi u Ingliżi.