Xogħol lest
- L-Aħħar Moħikan (l-Aġenzija Nazzjonali tal‑Litteriżmu)
- L-Avventuri ta’ Pinokkjo (Therese Vella u l‑ANL)
- Ben Hur (l-ANL)
- Dawra mad-Dinja fi 80 Jum (l-ANL)
- Id-Dinja l-Mitlufa (Anabel Micallef)
- Don Quixote (l-ANL)
- Dracula (Anabel Micallef)
- Il-Gabbana taz-Ziju Tom (Therese Vella)
- Il-Gżira tat-Teżor (Therese Vella)
- Għanja tal-Milied (Therese Vella)
- L-Għarajjes (l-ANL)
- Għemejjel Persew (l-ANL)
- 20,000 Lega taħt il-Baħar (l-ANL)
- Heidi (Priscilla Sammut)
- Ħrejjef ta’ Esopu (Therese Vella)
- Ħrejjef minn Ktieb il-Ġungla (Anabel Micallef)
- Il-Kelb ta’ Baskerville (l-ANL)
- Il-Leġġenda ta’ San Dimitri (Therese Vella)
- Moby Dick (l-ANL)
- Il-Praspar ta’ Nasreddin (Therese Vella)
- Il-Qattus li Fenda għal Rasu (Priscilla Sammut)
- Ir-Raġel l-Inviżibbli (Therese Vella)
- Stejjer Qabel Torqord 1 (Therese Vella)
- Tesew u l-Minotawr (Therese Vella)
- Il-Vjaġġi ta’ Gulliver (Priscilla Sammut)
Sejħa lill-qarrejja tal-provi
L-aħħar aġġornament: 01.01.2025
L-adattamenti li fassalt għal dan is-sit s’issa jgħoddu ’l fuq minn 203,000 kelma, u għalhekk ma jistax ikun li xi mkien ma ħarabx xi żball tat-tipa, tal-istil jew tal-ortografija.
Bħalma jgħid il-qaddis tal-qarrej tal-provi (jekk ma qlajthiex minn żniedi) żewġ pari għajnejn aħjar minn wieħed. Għaldaqstant nistieden lill-qarrejja tal-provi, stabbiliti u mhux, biex jagħżlu xi wieħed mill-kotba, jgħarbluh sewwa u javżawni fejn isibu xi diskrepanzi.
Dan is-sit huwa frott ta’ xogħol volontarju u mingħajr ebda qligħ kummerċjali, għalhekk b’xorti ħażina ma nistax noffri ħlas għall-kontribuzzjoni tagħkom. Wieħed jista’ jqisu sempliċement bħala ftit taħriġ biex torqom aktar il-ħiliet tiegħek bħala qarrej tal-provi.
Jekk inti interessat/a toffri qari tal-provi ta’ xi wieħed mit-testi, tista’ tiktibli personalment fuq dan l-indirizz:
norman@kotbafilbut.net
Għarrafni dwar liema test tkun interessat/a teżamina, u niddiskutu l-proċedura. Ismek jidher fit-test bħala kontributur fil-qari tal-provi.
Jekk tixtieq tkun taf aktar, ara l-proċedura sħiħa hawn isfel.
Niżżik ħajr bil-quddiem għall-kontribut tiegħek.
Il-Proċedura għall-qari tal-provi
- Agħżel ktieb mill-ewwel sezzjoni tal-Librerija (il-qxur bil-kulur). Tista’ tagħżel skont is-suġġett jew, jiddependi kemm minn ħinek tixtieq toffri, skont it-tul tal-ktieb. Bħalissa, it-tul ivarja bejn l-1,000 kelma u ’l fuq minn 10,000.
- Ara mil-lista fuq ix-xellug il-ktieb li għażilt hux diġà qed jiġi ppruvat. Jekk iva, agħżel test ieħor.
Kif inkun naf kemm hu twil ktieb?
- Fuq PC jew iMac, poġġi l-pointer tal-maws fuq il-qoxra tal-ktieb mingħajr ma tikklikkja. Għandha titfaċċa kaxxa żgħira bit-tul tat-test fost tagħrif ieħor. JEW...
- Iftaħ il-ktieb. Għandek issib in-numru ta’ kliem xi mkien taħt it-titlu. JEW...
- Fittex il-ktieb taħt waħda mill-kategoriji. Is-sommarji tal-kotba jkollhom it-tul tat-test.
- Malli tagħmel l-għażla tiegħek, ibgħat għidli fuq l-indirizz imniżżel hawn fuq.
- Tibdiex il-qari tal-provi qabel ma nwieġbek.
- Nibgħatlek it-test f’format .docx ħalli tkun tista’ tuża t-Track Changes.
- Ibgħatli lura t-test proċessat b’dan il-mod.
- Malli nivverifika x-xogħol, intellgħu fuq is-sit u ismek jitniżżel fit-test bħala kontributur.
Liema testi qed isir qari tal-provi fuqhom?
Biex ma jsirx xogħol doppju, fuq ix-xellug jidher ix-xogħol li diġà sar jew qed isir qari tal-provi fuqu. Għaldaqstant agħżel xi test ieħor jekk tkun tixtieq toffri s-servizzi tiegħek.
***** *****
stat_3
***** *****