Kotba fil-But large logo
Librerija ta’ qari bil-Malti

Idħol fil-Librerija Idħol fil-Librerija
...u agħżel minn ħafna rumanzi klassiċi, ħrejjef u leġġendi minn pajjiżi differenti, adattati għal qarrejja minn għaxar snin ’il fuq. Il‑lista tikber regolarment b’kotba ġodda.

Tista’ ssib ukoll siltiet minn pubblikazzjonijiet Maltin. Jekk jogħġbuk u tixtieq tispiċċa taqrahom, fittixhom fil‑librerija pubblika jew tal‑iskola tiegħek, jew ixtrihom mingħand il‑pubblikaturi.

Esplora l‑ħajja tal‑awturi li kitbu l‑istejjer u r‑rumanzi li jinsabu fuq is‑sit. Aqra dwar il‑ħajja ta’ kittieba bħal Robert Louis Stevenson, Jules Verne u Harriet Beecher Stowe, u kif fasslu l‑istejjer tagħhom.

X’tiftakar minn dak li qrajt? Tgħallimt xi kelma ġdida? Imraħ is‑sezzjoni tal‑attivitajiet biex issib ħafna logħob differenti ħalli tipprova l‑memorja tiegħek dwar istejjer u l‑vokabolarju.

Fir‑rivista Sagħtar tista’ ssib ħafna artikli dwar uħud mir‑rumanzi li jinsabu fil‑Librerija, b’aktar tagħrif interessanti dwar il‑kittieba, l‑istejjer u l‑isfond tagħhom.

Minn hawn tista’ ssib il‑kotba u l‑istejjer kollha li hemm fil‑librerija, kif ukoll glossarju (speċi ta’ dizzjunarju) tal‑kliem kollu ġdid jew diffiċli li tiltaqa’ miegħu fir‑rumanzi.

Tibda tirċievi gazzettina kull xahar b’aħbarijiet dwar x’hemm ġdid f'Kotba fil‑But.

Hemm xi ktieb, leġġenda jew storja li tixtieq taqra u mhumiex fil‑Librerija? Nippruvaw ninkluduhom ukoll!

Il-Ħrafa għal Ottubru


Waħda mill-aktar ħrejjef popolari ta’ Hans Christan Andersen.
(1,200 kelma)


Ibda aqra...

Is-sit  Kotba fil-But © 2022 Norman C. Borg liċenzjat bħala CC BY-NC-ND 4.0Kull parti oriġinali ta’ dan ix-xogħol:
CC: Creative Commons  BY: għandha dejjem tinkludi ħajr lill-awtur;  NC: ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnha; 
ND: ma tistax tiġi ppubblikata jew riprodotta b’mod fotostatiku, elettroniku jew mekkaniku.