3.1 It-Tieni lezzjoni:
Tqassim tax-xogħol

Bħala l‑koordinatur tal‑proġett, żomm f’rasek li kull aspett tiegħu huwa volontarju. Toħnoqx ix‑xewqat tal‑istudenti. Malli tiltaqgħu għat‑tieni lezzjoni se tittama li l‑parti l‑kbira tal‑istudenti se jkunu ddeċidew x’jagħmlu. Bla dubju ta’ xejn se jkollok min se jibqa’ lura u jkollu bżonn spinta biex jersaq ’il quddiem, u se jkollok dawk l‑oħrajn li jkunu ultra entużjasti u jkunu jridu jbillu subgħajhom f’kollox. Hawnhekk inti tista’ sservi bħala konsulent; madankollu ftakar li l‑istudenti stess jistgħu jgħinu lil xulxin biex jagħżlu. ☞  Pereżempju, jekk studenta għadha tinsab bejn ħaltejn x’tagħmel, poġġiha ma’ studenti oħrajn li jistgħu jgħinuha liema rwol tagħżel. Iżen sew il‑possibilità li xi ħadd jista’ jagħżel aktar minn rwol wieħed, imma dejjem ftakar li r‑riedni f’idejk, u ddeċiedi minn qabel fejn għandek taqta’ linja.

Dan huwa wkoll l‑aqwa mument għal brainstorming ieħor, din id‑darba biex tiġbor lista sħiħa ta’ dawk l‑elementi kollha li se ninkludu fl‑enċiklopedija. Din tista’ sservi għal ħafna għanijiet, fosthom li jkun hemm lista minn fejn l‑istudenti jkunu jistgħu jagħżlu fuqiex se jiffukaw xogħolhom.

Ħalli nħarsu lejn xi ideat dwar x’jinvolvi kull rwol. Huwa importanti li l‑istudenti jifhmu dawn sew biex ikunu jistgħu jagħmlu l‑għażla tagħhom.

***** ***** stat_3 ***** *****