3.2 Tqassim tax-xogħol:
Il-kittieb

Dan huwa r‑rwol l‑aktar ovvju. Dawk li se jagħżlu jkunu l‑kittieba fil‑proġett għandhom jagħżlu tema, oġġett jew karattru u jiktbu paragrafu qasir dwaru jew dwarha. Tistenniex xi esej twil, hawnhekk. L‑importanti li l‑kittieb idaħħal l‑informazzjoni l‑aktar importanti dwar dik it‑tema jew suġġett.

Mill‑bidu nett agħmel limitu ta’ kemm wieħed jista’ jikteb. Dan jiddependi mill‑età tal‑klassi kif ukoll mill‑materjal disponibbli fit‑test. Avża lill‑istudenti li m’intix qed tistenna taqsira ta’ parti mill‑istorja tat‑test. Xogħolhom fil‑proġett mhuwiex li jirrepetu dak li qraw, imma li joħorġu minnu dak li huma jaħsbu dwar il‑karattru, il‑post, it‑tema, eċċ.  KE/7/S/1‑2‑8   KE/8/Q/6   KE/8/K/4 .

L‑istudenta li se tikteb l‑artiklu dwar Dorothy f’Is‑Saħħar ta’ Oż, ngħidu aħna, se tikteb dwar jekk Dorothy hix tifla għaqlija, kurjuża, qalbha tajba, eċċ; il‑personalità li toħroġ minn għemilha fil‑ġrajja. Jekk il‑proġett se tfasslu fuq Dawra mad‑Dinja fi Tmenin Jum, l‑istudent li se jikteb dwar l‑iljunfant bħala mezz ta’ trasport se jagħmel riċerka żgħira biex isib kemm dak l‑annimal huwa importanti fl‑Indja  KE/8/Q/5   KT/9/T/1   KT/9/M/10.1b‑10.2b . Hawnhekk ikun ta’ vantaġġ kbir jekk l‑istudenti huma diġà midħla ta’ kif taħdem webquest.

***** ***** stat_3 ***** *****