5.2 Analiżi tal-proġett

Fl‑aħħar tas‑sena skolastika, wara li x‑xogħol ikun lest, ippjana speċi ta’ rendikont tal‑proġett. Fassal lezzjoni biex toħroġ ċar il‑kunċetti msemmija hawn fuq. Anzi, ħeġġeġ lill‑istudenti stess jaħsbu u joħorġu b’dawn l‑ideat. Xi drabi spinta żgħira min‑naħa tal‑għalliem tkun biżżejjed biex l‑istudenti jkunu jistgħu jesprimu ruħhom dwar l‑esperjenza ġenerali li jkunu kisbu mix‑xogħol.

Matul dan id‑dokument rajna dawk il‑prinċipji personali u soċjali fil‑kaxxi fil‑marġini. Tista’ tippreżenta dawn il‑ħsibijiet f’posters u ddendilhom madwar il‑klassi, jew turihom permezz ta’ slides fi preżentazzjoni bil‑PowerPoint. Żid magħhom ideat ġodda li jiġu bihom l‑istudenti stess – dejjem naturalment jekk dawn jagħmlu sens. Madankollu, f’dan il‑każ, malli joħorġu ideat ġodda ftakar ma twarrabhomx mill‑ewwel, u agħti ċans lill‑klassi tiddiskuti u tiddeċiedi hux xieraq li jiżdiedu mal‑lista li tipproponi int.

***** ***** stat_3 ***** *****