Is‑simbolu internazzjonali tad‑diżleksja
Għalkemm dawn il‑flipbooks għandhom l‑istess testi kif jidhru fil‑paġni ewlenin tas‑sit, il‑kontenut huwa ppreżentat biex ikun komdu għal min ibati bid‑diżleksja. Għaldaqstant it‑tqassim u l‑preżentazzjoni tal‑paġni jsegwu regoli kif jirrakkomandaw ċerti għaqdiet u siti awtorevoli. Għal aktar informazzjoni tista' żżur dawn il‑ħoloq.
open_in_new Il-lista tal-flipbooks
open_in_new Il‑British Dyslexia Association
open_in_new What to consider when designing for dyslexia
open_in_new Optimal Colors to Improve Readability for
People with Dyslexia
open_in_new The Cadman Font
Skont rakkomandazzjonijiet tal‑British Dyslexia Association u entitajiet oħra, flimkien ma riċerka personali, sibt li t‑tipa Cadman tilħaq dawn il‑kriterji kolla:
open_in_new L‑Axxendenti (eż. d u h ) u d‑dixxendenti ( g u q ) jidhru ċari;
open_in_new L‑Aperturi (il‑vojt f’partijiet magħluqin ta’ xi ittri (eż. a ) huma wisgħin
biżżejjed;
open_in_new Il‑b u d‑d huma distinti, mhux sempliċement riflessjoni ta’ xulxin;
open_in_new Il‑p u l‑q huma distinti, mhux sempliċement riflessjoni ta’ xulxin;
open_in_new Hemm differenzi ċari bejn il‑kapitali I, l‑ittra żgħira l u n‑numru 1;
open_in_new L‑a u l‑g/ġ huma ttundjati bħal fil‑kitba. Għalkemm hemm tipi oħrajn li
huma meqjusin tajbin għad‑diżleksja, mhux kollha għandhom din
il‑karatteristika;
open_in_new Meta r‑r u n‑n jkunu wara xulxin ma jidhrux qishom m;
open_in_new L‑ittra f għandha denb twil biex ma tidhirx qisha t maqluba;
open_in_new Hemm distinzjoni ċara bejn l‑ittri kapitali M u W, u m’humiex
sempliċement riflessjoni ta’ xulxin;
open_in_new Hemm distinzjoni ċara bejn in‑numri 6 u 9, u m’humiex sempliċement
il‑maqlub ta’ xulxin;
open_in_new L‑ispazju jkun kemm kemm usa’ bejn l‑ittri;
open_in_new Hemm spazju wiesa' bejn il‑vrus (1.5pt jew iktar);
open_in_new It‑test huwa mxaqleb lejn ix‑xellug biss (mhux fully justified);
open_in_new Hemm kuntrast ċar bejn l‑isfond u t‑tipa (e.ż. sfond ċar jew kulur
il‑pastel u tipa skura bħal ikħal skur). M'għandhomx jintużaw
l-iswed fuq l‑abjad.