Norman C. Borg

Ritratt: Kirsten Brincat/GIMP
Kitba oriġinali
Il-Ħofra tal-Ilwien (Sagħtar 1988)
L-Astrofittiexa (Sagħtar 1989)
It-Torri l-Griż (Sagħtar 1992)
Mollamolla (Tużżana Merlin Publishers 1998)
Ara Ġejja ż-Żunżana Għalik! (Sagħtar 1999)
Letteratura Klassika Madwar id-Dinja (Sagħtar 2023-2024)
Xjenzati fil-Periklu (Sagħtar 2024-2025)
Dino u Sieħbu Sawru (Sagħtar 2025-2026)
Żarbun Imsaħħar (Merlin Publishers 2024)
L-Ifirsa tal-Mejda t-Tonda (Horizons 2025)
It-Torri l-Griż u l-Fantażma tal-Kavallier bla Ras (Merlin Publishers 2025)
Adattamenti u xogħol ieħor
Is-Saħħar ta’ Oż - L. Frank Baum (1994)
Ġejjin il-Kaċċaturi! (Sagħtar 1996)
L-Isfida tal-Barri (Sagħtar 1996)
Is-Siġra taż-Żraben (Sagħtar 1996)
Fredu Frakass - Ernest Laurence (Sagħtar 1997)
Il-Ħtif tar-Re Żamuża - Korky Paul (Sagħtar 1997)
Il-Prinċep il-Kuntent - Oscar Wilde (Sagħtar 1997)
Il-Ġgant l-Egoist - Oscar Wilde (Sagħtar 1997)
Komiks u Illustrazzjonijiet
Il-Gladjaturi tal-Ispazju (Avventura - 1981)
Tfal Imqarba (Il-Komik - 1983)
Is-Samaritan it-Tajjeb (1983)
Id-Djarju ta' Anna Frank (Laboratorju tal-Paċi 1983)
Il-Fenek u l-Fekruna (Sagħtar 1983)
L-Imħatra (Sagħtar 1983)
Id-Djarju ta’ Anna Frank (Sagħtar 1983)
Il-Volpi u l-Għarnuq (Sagħtar 1984)
In-Nemla u l-Ġurat (Sagħtar 1984)
Ġolġol għall-Qattus (Sagħtar 1984)
Ġej il-lupu! (Sagħtar 1984)
Il-Ġurdien tal-Għelieqi u l-Ġurdien tal-Belt (Sagħtar 1984)
Taħt Sema Kwiekeb (Merlin Publishers 1997)
Norman C. Borg, MA TESOL, BEd, BA (Gen), huwa edukatur irtirat.
Għamel erbatax‑il sena jgħallem fi skola primarja tal‑gvern, sitt snin assistent kap ta’ skola u aktar tard sitt snin bħala uffiċjal edukattiv mad‑Diviżjoni tal‑Edukazzjoni, fejn għen lill‑għalliema tal‑iskejjel primarji jintegraw l‑użu tal‑kompjuter u tal‑Internet fit‑tagħlim tagħhom.
Wara dan għamel erbatax‑il sena għalliem tal‑Ingliż fi skejjel tal‑lingwi lokali. Kien ukoll lettur mistieden tas‑Centre for English Language Proficiency u tad‑Dipartiment tal‑Malti, l‑Università ta’ Malta, fejn ta lezzjonijiet dwar l‑użu ta’ għodod elettroniċi għal riċerka u qari tal‑provi tal‑Malti u tagħlim tal‑Ingliż. Kien ukoll membru tal‑Kumitat Tekniku għall‑Iżvilupp tal‑Malti fl‑Informatika. Fl-2024 ingħata l-Inspiring Professional Award mill-ELT Council.
Matul it‑tmeninijiet u d‑disgħinijiet kiteb bosta stejjer għat‑tfal, ħafna minnhom ippubblikati fir‑rivista Sagħtar maħruġa mill‑Malta Union of Teachers u aktar tard mill‑Fondazzjoni Sagħtar. Barra minn stejjer oriġinali ħareġ ukoll adattamenti ta’ stejjer klassiċi bħal Is‑Saħħar ta’ Oż. Huwa koillustratur tal‑ktieb Taħt Sema Kwiekeb (Merlin Publishers, 1997) kif ukoll koawtur tal‑ktieb Tużżana (Merlin Publishers, 1998). Ma’ awturi u illustraturi oħra kkollabora wkoll fil‑produzzjoni ta’ komiks bħal Avventura (1981‑1982) u Il‑Komik (1983‑1984).
Il‑ħolma tiegħu hi li jara aktar materjal bil‑Malti fuq l‑internet, u li jkun disponibbli għal kulħadd mingħajr ħlas, u għalhekk ġietu l‑idea li joħloq il‑proġett Kotba fil‑But. Permezz tal‑għajnuna tal‑Aġenzija Nazzjonali tal‑Litteriżmu qiegħed jaħdem biex itella’ wħud mill‑kotba tal‑proġett f’formati elettroniċi oħrajn biex jilħaq udjenza akbar. Il‑Gwida li tinsab fil‑proġett hija l‑aktar immirata għall‑għalliema tal‑Malti sabiex iħeġġu lill‑istudenti tagħhom jagħmlu użu mill‑materjal fi ħdan il‑proġett.
Għall‑ġejjieni qarib għandu xogħol ieħor “fil‑komma”, kif isejjaħlu hu. Fosthom qiegħed jaħseb biex jerġa’ jaġġorna xi xogħol li kien ippubblika fis‑Sagħtar kif ukoll stejjer ġodda.
© Norman C. Borg
Qari tal-provi: Claire Medati Stride