Charles Kingsley
(1819–1875)


Sors: wikipedia.org/GIMP

Ġeneri
Leġġendi | Mitoloġija

Charles Kingsley twieled nhar it‑12 ta’ Ġunju, 1819, f’Dartmoor, Devon, l‑Ingilterra, u miet nhar it‑23 ta’ Jannar, 1875 f’Eversley.

L‑ewwel rumanz tiegħu, It‑Traġedja tal‑Qaddis (The Saint's Tragedy), ħareġ fl‑1848, u minn dak iż‑żmien sa mewtu baqa’ jikteb regolarment, kemm rumanzi kif ukoll poeżiji.

Bħala kittieb, l‑akbar ħila li kellu Kingsley kienet dik li jiddeskrivi x‑xenarju fejn iseħħu l‑istejjer tiegħu. Il‑mod kif jiddeskrivi l‑ġungli u x‑xmajjar tal‑Amerka t’Isfel, pereżempju, fl‑aktar rumanz popolari tiegħu Lejn il‑Punent! (Westward Ho!), jew id‑deżerti tal‑Eġittu fir‑rumanz Hypatia, wieħed jista’ jqishom ‘pitturi’ bil‑lingwa Ingliża.

Billi Kingsley kien iħobb ħafna lit‑tfal, kien kapaċi juża lingwa li kienet tappella għalihom u kien juża vokabularju li kien ħafif għat‑tfal biex jifhmu. Mhux ta’ b’xejn li huwa wieħed mill‑aktar kittieba favoriti tat‑tfal. Fil‑fatt kiteb ħafna kotba għat‑tfal, fosthom L‑Eroj (The Heroes), fejn jirrakkonta bl‑istil tiegħu għadd ta’ stejjer mill‑mitoloġija Griega l‑antika. Fost dawn hemm l‑avventuri ta’ Persew, Tesew u tal‑Argonawti.

© Norman C. Borg

Kotba fil-Librerija
Għemejjel Persew 

***** ***** stat_3 ***** *****