Merħba fil‑librerija ta’ Kotba fil‑But
L‑iskop ewlieni ta’ dan is‑sit huwa li jipprovdi materjal tal‑qari bil‑Malti li jkopri letteratura klassika internazzjonali b’format elettroniku li jkun jista’ jinqara faċilment fuq PC jew tablet, imma anki fuq smartphone li tista’ żżommu fil‑but: għalhekk Kotba fil‑but.
Għalkemm dan l‑aħħar l‑ilsien Malti ħa spinta eċċezzjonali fejn għandu x’jaqsam il‑pubblikazzjoni ta’ kotba bil‑Malti, kemm għall‑kbar kif ukoll għaż‑żgħar, ftit li xejn minn dan għadu jidher fid‑dimensjoni diġitali. Illum il‑ġurnata tista’ ssib miljuni ta’ kotba f’format ta’ ebooks fuq l‑internet bl‑Ingliż u anki b’ħafna lingwi oħra. Fejn jidħol il‑Malti għad hemm nuqqas kbir. Dan il‑proġett jipprova jimla ftit minn dan il‑vojt.
- Qari ta’ dawn il‑kotba huwa bla ħlas.
- It‑testi huma adattati għal qarrejja minn 10 snin ’il fuq: Livelli 2 jew 1 tal‑MQF; jew mil‑livell intermedju ’l fuq; jew il‑livelli 9 ‑ 11 tal‑Agenzija Nazzjonali tal‑Litteriżmu.
- Il‑kotba huma adattamenti qosra bil‑Malti ta’ rumanzi klassiċi, ħrejjef, leġġendi, stejjer tradizzjonali kif ukoll xi episodji storiċi. Mhumiex traduzzjonijiet kelma b’kelma tax‑xogħlijiet oriġinali.
- Uħud minnhom joffru wkoll bijografija qasira tal‑awtur oriġinali.
- Jidhru wkoll ħoloq għal xi ftit illustrazzjonijiet. Dawn qegħdin biss fejn ikun hemm bżonn ta’ spjegazzjoni biex l‑istorja tiftiehem aħjar, u n‑numru ta’ stampi huwa miżmum mill‑inqas kemm jista’ jkun biex il‑qarrejja jiffokaw aktar fuq it‑test.
- Il‑kotba fil‑librerija jidhru alfabetikament skont it‑titlu (mingħajr l‑artiklu).
- Fil‑lista Kotba fil‑komma jidhru kotba li se joħorġu fil‑ġejjieni. Mhux bilfors joħorġu fl‑ordni kif qegħdin fil‑lista.
- Fil‑lista Agħti daqqa t’għajn jidhru biss siltiet, mhux kotba sħaħ, biex iħajru lill‑qarrejja jfittxu il‑ktieb fil‑libreriji pubbliċi jew tal‑iskola jew jixtruh mill‑ħwienet lokali jew onlajn.
- Il‑Glossarju li jinsab fil‑paġna tat‑Tiftix jiġbor flimkien in‑noti kollha li jidhru fil‑qiegħ ta’ ċerti kotba u li jagħtu definizzjoni jew spjega ta’ kliem diffiċli, frażijiet u idjomi, jew tagħrif ieħor li jgħin lill‑qarrejja jifhmu r‑rakkont aħjar.
- Is‑sezzjoni Ħaddem rasek! toffri ftit logħob interattiv marbut ma’ uħud mill‑kotba jew vokabolarju li jidher fihom.
- Il‑kotba kollha fil‑Librerija għandhom verżjoni onlajn biss, u m’għandhomx verżjoni stampata.
- Huwa ppjanat li joħroġ mill‑inqas ktieb kull xhar.
***** *****
stat_3
***** *****