Flipbooks
Kriterji għad-diżleksja
Skont rakkomandazzjonijiet tal‑British Dyslexia Association u entitajiet oħra, flimkien ma riċerka personali, sibt li t‑tipa Cadman tilħaq dawn il‑kriterji kolla:
- L‑Axxendenti (eż. d u h ) u d‑dixxendenti ( g u q ) jidhru ċari;
- L‑Aperturi (il‑vojt f’partijiet magħluqin ta’ xi ittri (eż. a ) huma wisgħin biżżejjed;
- Il‑b u d‑d huma distinti, mhux sempliċement riflessjoni ta’ xulxin;
- Il‑p u l‑q huma distinti, mhux sempliċement riflessjoni ta’ xulxin;
- Hemm differenzi ċari bejn il‑kapitali I, l‑ittra żgħira l u n‑numru 1;
- L‑a u l‑g/ġ huma ttundjati bħal fil‑kitba. Għalkemm hemm tipi oħrajn li huma meqjusin tajbin għad‑diżleksja, mhux kollha għandhom din il‑karatteristika;
- Meta r‑r u n‑n jkunu wara xulxin ma jidhrux qishom m;
- L‑ittra f għandha denb twil biex ma tidhirx qisha t maqluba;
- Hemm distinzjoni ċara bejn l‑ittri kapitali M u W, u m’humiex sempliċement riflessjoni ta’ xulxin;
- Hemm distinzjoni ċara bejn in‑numri 6 u 9, u m’humiex sempliċement maqlub ta’ xulxin;
- L‑ispazju jkun kemm kemm usa’ bejn l‑ittri;
- Hemm spazju wiesa' bejn il‑vrus (1.5pt jew iktar);
- It‑test huwa mxaqleb lejn ix‑xellug biss (mhux fully justified);
- Hemm kuntrast ċar bejn l‑isfond u t‑tipa (e.ż. sfond ċar jew kulur il‑pastel u tipa skura bħal ikħal skur). M'għandhomx jintużaw l-iswed fuq l‑abjad.