Klikkja t‑titlu tal‑ktieb biex tara l‑kelma fil‑kuntest tal-istorja.
Gallja: Pajjiż illum parti mill‑Belġju u Franza. Spartaku
Gerlin: Ħabel oħxon li jintuża mal‑ankra ta’ xini jew vapur, jew ma’ bollard (biex jorbot il‑vapur max‑xatt). Moby Dick
Glaċiera: Blokka kbira ta’ silġ li l‑ħin kollu tiċċaqlaq taħt il‑piż tagħha stess. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja
Gness: Tip ta’ blat. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja
Granati: Bombi tan‑nar, magħmulin minn vażetti mimlija porvli. Kellhom niċċa li s‑suldat kien iqabbad qabel ma jwaddab il‑granata fuq l‑għadu. L‑Assedju L‑Kbir
Granit: Tip ta’ ġebla iebsa ħafna. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja