4.2 Meta jsir ix-xogħol?

Dan it‑tip ta’ xogħol jista’ jagħti lok għal ħinijiet differenti meta jsir, skont in‑natura tiegħu. Naturalment xogħol ta’ kitba, tpenġija u anki editjar jista’ jsir kemm fil‑klassi – jekk jeħtieġ li jkun hemm kollaborazzjoni waqt dik il‑parti tax‑xogħol – kif ukoll id‑dar bħala homework meta jinvolvi biss il‑ħidma tal‑persuna waħidha.

Fil‑klassi tajjeb li wieħed jippjana minn qabel biex iwarrab ftit sigħat fil‑ġimgħa ħalli jagħti l‑ħin biżżejjed biex l‑istudenti jispiċċaw il‑parti tagħhom bil‑kalma u mingħajr għaġla. Dan naturalment jiddependi mill‑attivitajiet l‑oħra tal‑klassi u tal‑iskola. Importanti li ma tgħaġġilx ix‑xogħol, u tara li l‑istudenti għandhom ħin biżżejjed biex iwettqu dak li għandhom jagħmlu skont il‑pjan direzzjonali.

Il‑pjan bħal dak ippreżentat f’Fig. 13 dendlu fil‑klassi fejn kulħadd ikun jista’ jarah. B’dan il‑mod anki l‑istudenti jkollhom ħjiel ta’ kif se jitqassam ix‑xogħol u fejn se tidħol il‑parti tagħhom matul il‑proġett.

***** ***** stat_3 ***** *****