Mill-ħarġiet 371 (Ottubru 2022) sa 387 (Ottubru 2024), fir‑rivista Sagħtar hemm artikli marbutin ma' wħud mill‑Kotba fil‑But.

Kull artiklu jaqbad wieħed mill‑kotba fil‑Librerija u jagħti aktar informazzjoni dwar l‑istorja, il‑kittieb u anki l‑ambjent madwar is‑suġġett tal‑istorja. Hawnhekk għandek l‑opportunità tiskopri aktar tagħrif u tkun tista' tifhem l‑istorja aħjar.

Kif nagħmel biex naqra dawn l‑artikli?
L-artikli se jidhru biss fil‑ħarġiet tas‑Sagħtar, u mhux se jidhru fis‑sit ta' Kotba fil‑But. Biex taqrahom, abbona f'Sagħtar billi tmur fuq is-sit ta' Fondazzjoni Sagħtar hawnhekk. Barra minn hekk, jekk issir membru, tkun tista' taqra l‑artikli fuq l‑Internet. Uħud mill‑artikli - inklużi dawk marbutin ma' Kotba fil‑But - tista' tismagħhom moqrija wkoll. Biex issir membru sempliċement irreġistra.

Abbonament għar‑rivista stampata huwa bil‑ħlas. Jekk inti student/a jew minorenni, tkellem mal‑iskola jew mal‑ġenituri tiegħek qabel tabbona.



Siltiet minn SagħtarFM dwar il-proġett


Marzu 2024 | 10min | YouTube


Novembru 2024 | 13min | YouTube

Ħarġa 371Ħarġa 371 Ott. 2022
L‑Ingilterra: Arthur Conan Doyle u d‑Dinja l-Mitlufa

Ħarġa 372Ħarġa 372 Nov. 2022
Franza: Jules Verne u Għoxrin Elf Lega Taħt il‑Baħar

Ħarġa 373Ħarġa 373 Diċ. 2022
Il-Greċja: Esopu u l‑Ħrejjef b'tagħlima tiegħu

Ħarġa 374Ħarġa 374 Jan. 2023
L-Italja: Carlo Collodi u l‑Pupazz tal‑Injam Pinokkjo

Ħarġa 375Ħarġa 375 Fra. 2023
L-Istati Uniti: L. Frank Baum u l‑Pajjiż Imsaħħar ta'

Ħarġa 376Ħarġa 376 Mar. 2023
Il-Mostri fil‑mitoloġija Griega

Ħarġa 377Ħarġa 377 Apr. 2023
L-Irlanda: Bram Stoker u r-Re tal‑Vampiri

Ħarġa 378Ħarġa 378 Mej. 2023
L‑Istati Uniti: Beecher Stowe u l‑Iskjavitù

Ħarġa 379Ħarġa 379 Ott. 2023
Ktieb il‑Ġungla u Tfal Mitlufin

Ħarġa 380Ħarġa 380 Nov. 2023
Fantasija + Xjenza = Fantaxjenza

Ħarġa 381Ħarġa 381 Diċ. 2023
Il‑Gżira tat‑Teżor u l‑Pirati tal‑Karibew

Ħarġa 382Ħarġa 382 Jan. 2024
Kipling u l‑Qattus

Ħarġa 383Ħarġa 383 Fra. 2024
Monte Kristo u r‑Rumanz Storiku

Ħarġa 382Ħarġa 384 Mar. 2024
Verne u t-Teknoloġija tal‑Ivjaġġar 

Ħarġa 385Ħarġa 385 Apr. 2024
Manzoni u l‑Ewropa fi żmien il‑pesta

Ħarġa 386Ħarġa 386 Mej. 2024
Cervantes u d‑diżavventuri ta' Don Quixote 

Ħarġa 385Ħarġa 387 Ott. 2024
Moby Dick u l‑kaċċa tal‑balieni

***** ***** stat_3 ***** *****