Printjar ta’ paġni

L‑iskop prinċipali ta’ dawn il‑kotba huwa li jinqraw fuq apparat elettroniku; madankollu, ix‑xogħlijiet, sħaħ jew parzjali, jistgħu jiġu pprintjati taħt dawn il‑kundizzjonijiet:

  • L‑ipprintjar għandu jkun biss għal skop personali jew għal użu edukattiv fi klassi, imma mhux għal użu kummerċjali biex isir profitt minnu (ara Jeddijiet).
  • Trid tidher ċara fil‑header ta’ kull folja pprintjata n‑nota tal‑jeddijiet tal‑awtur.

L‑aħjar mod biex tipprintja kopja ‘nadifa’ tal‑ktieb (mingħajr frilli u testi żejda) huwa hekk:

  • Idħol fil‑ktieb mill‑paġna tal‑Librerija.
  • It‑test issa jieħu l‑ispazju kollu tal‑iscreen mingħajr kaxxi u buttuni.
  • Uża l‑faċilità tal‑browser (Edge, Chrome, Firefox, eċċ) biex tipprintja l‑ktieb sħiħ jew silta minnu.
  • Fis‑settings tal‑Print ara li Headers and Footers tkun magħżula.
  • Ara li l‑għażla background graphics tkun mixgħula.
  • Minflok tipprintja fuq printer, fis‑settings tal‑Print għandek ukoll l‑għażla li taħżen il‑paġna bħala fajl PDF jekk din il‑faċilità hija nstallata fuq il‑kompjuter tiegħek.
  • Osserva li f’kotba fejn hemm ħoloq għal illustrazzjonijiet, dawn ma jiġux ipprintjati mat‑test. Biex tipprintja lilhom, iftaħhom fuq screen għalihom (mill‑ħolqa li tidher fit‑test) u pprintjahom għalihom bl‑istess mod imfisser hawn fuq.

***** ***** stat_3 ***** *****