James Fenimore Cooper
(1789–1851)
Sors: wikipedia.org/GIMP
Ġeneri
Rumanzi klassiċi |
Storja
James Fenimore Cooper kien l‑ewwel rumanzier Amerikan li kiseb fama internazzjonali. Twieled f’Burlington, New Jersey nhar il‑15 ta’ Settembru, 1789, bħala James Cooper. Snin wara, żied Fenimore ma’ ismu. Dan kien kunjom ommu qabel ma żżewġet.
L‑ewwel rumanz ta’ Cooper kien Precaution, ippubblikat fi New York. L‑istorja kienet dwar il‑ħajja soċjali Ingliża, u ma għamel suċċess xejn. Ħbieb Cooper ħeġġewh ibiddel l‑ambjent għar‑rumanz li kien imissu jikteb, u jibbaża l‑istorja fl‑Amerka, art twelidu, minflok fl‑Ingilterra. Hekk għamel, u t‑tieni rumanz tiegħu, The Spy kien suċċess enormi.
Issa li kien sab l‑aħjar sfond għall‑istejjer tiegħu, Cooper kompla bir‑rumanz The Pioneers. Dan kien l‑ewwel minn sensiela ta’ rumanzi fejn il‑karattru prinċipali kien l‑istess, għalkemm kellu ismijiet differenti, fosthom Leatherstocking, Natty Bumppo u Hawkeye. Ir‑rumanzi ta’ wara The Pioneers kienu The Last of the Mohicans, The Prairie, The Pathfinder u The Deerslayer. Cooper jiddeskrivi l‑karattru tiegħu Hawkeye bħala “filosofu tan‑natura, bniedem sempliċi, ta’ min jafdah, qalbieni imma fl‑istess ħin għaqli.”
James Fenimore Cooper miet fl‑1851.
© Norman C. Borg
Avventura | Drama | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja