Antoine Gallan
(1646-1715)


Sors: static.bdbase.fr/GIMP

Ġeneri
Ħrejjef

Antoine Galland (1646‑1715) kien studjuż u traduttur Franċiż li sar famuż meta daħħal l‑Elf Lejl u Wieħed (One Thousand and One Nights) fil‑kultura Ewropea. Galland kien trabba f’ambjent fejn kiber interess kbir fil‑kulturi tal‑Lvant. Ta’ żagħżugħ kien daħal jitgħallem ma’ ordni reliġjuż, u minn hemm kabbar l‑interess tiegħu fit‑tagħlim u fil‑lingwi.

Dan l‑interess kbir fil‑kelma u f’kulturi differenti biegħedu mir‑rabtiet reliġjużi. Tant kien affaxxinat fil‑kulturi tal‑Lvant Nofsani li beda jitgħallem l‑Għarbi, u aktar tard il‑Persjan. Dan tah ħafna opportunitajiet differenti, u fl‑aħħar spiċċa jaħdem bħala librar u għalliem għal tfal ta’ familji nobbli. Permezz tat‑tagħrif wiesa’ li kiseb dwar il‑lingwi tal‑Lvant ġibed l‑attenzjoni ta’ ħafna ambjenti akkademiċi, u fl‑1683 inħatar professur tal‑Għarbi fil‑Collège de France. Dan ix‑xogħol kabbarlu l‑opportunità li jkun jista’ jistudja l‑kulturi orjentali aktar fil‑fond.

Fl‑1704 ippubblika l‑verżjoni Franċiża tal‑Elf Lejl u Wieħed (Les Milles et Une Nuit). Ix‑xogħol tiegħu ma kienx traduzzjoni preċiża kelma b’kelma. Minflok, ta lill‑istejjer stil mexxej u eċċitanti li qajjem l‑interess u l‑immaġinazzjoni tal‑qarrejja. Permezz ta’ dan ix‑xogħol, fetaħ għall‑kultura tal‑Punent dinja ġdida u eżotika ta’ seħer, avventura u romantiċiżmu. Ħafna minn dawn l‑istejjer, bħall‑ħrejjef ta’ Aladdin u Ali Baba, minnufih għamlu suċċess fost il‑qarrejja, u għadhom maħbubin sal‑lum.

It‑traduzzjoni ta’ Galland kellha influwenza enormi fil‑kultura tal‑Punent, u kienet ta’ ispirazzjoni għal ħafna kittieba, artisti u edukaturi biex jesploraw dawn id‑dinjiet il‑ġodda. Għalkemm xi kritiċi llum il‑ġurnata jsostnu li Galland kien tbiegħed wisq mit‑testi oriġinali, billi biddel u vvinta ħafna dettalji hu, xorta waħda xogħlu jibqa’ monument tat‑traduzzjoni u tal‑istudji tal‑Lvant.

Antoine Galland miet fl‑1715, imma l‑influwenza tiegħu għadha tinħass. Bit‑traduzzjoni tiegħu talElf Lejl u Wieħed, Galland mhux biss żewwaq aktar il‑letteratura Franċiża, imma biddel ukoll għal dejjem il‑mod kif il‑kultura tal‑Punent tħares lejn dik tal‑Lvant. Xogħlu għadu jnebbaħ artisti u jiġbed qarrejja minn madwar id‑dinja, u huwa prova tal‑qawwa tal‑istejjer meta dawn iservu ta’ pont bejn kulturi differenti.

Kotba fil-Librerija
Ali Baba u l-Erbgħin Ħalliel 

***** ***** stat_3 ***** *****