Lew Wallace
(1827-1905)
Sors: wikipedia.org/GIMP
Ġeneri
Rumanzi klassiċi |
Storja
Lew Wallace twieled fi Brookville, fl‑istat t’Indiana, l‑Amerka, fl‑10 t’April 1827. Kien it‑tieni wild minn familja ta’ erba’ subien.
Fis‑sajf tal‑1832, il‑familja marret toqgħod f’Covington, Indiana. Iż‑żagħżugħ Lew kien interessat ħafna fil‑liġi, u hemmhekk beda jistudja biex isir avukat. Madankollu, meta faqqgħet il‑gwerra bejn l‑Istati Uniti u l‑Messiku, waqqaf l‑istudji tiegħu biex jiġbor is‑suldati għall‑gwerra.
Fil‑Gwerra Ċivili Amerikana, Wallace ġġieled fuq in‑naħa tal‑Unjoni. Bil‑ħila tiegħu rnexxielu jsalva l‑belt ta’ Washington D.C. milli taqa’ f’idejn l‑għadu.
Wara karriera eċċitanti u mimlija unuri fl‑armata, Wallace rriżenja minn ġeneral fl‑1865 biex ikompli jaħdem bħala avukat. Bejn l‑1878 u l‑1881 kien gvernatur tal‑istat ta’ New Mexico. Kien ukoll membru tal‑qorti waqt il‑ġuri ta’ dawk li kienu mixlijin bil‑qtil ta’ Abraham Lincoln.
Wallace miet fi Crawfordsville, Indiana, fil‑15 ta’ Frar 1905. Huwa magħruf l‑aktar għal tliet rumanzi storiċi li kiteb, The Fair God, storja dwar il‑ħakma tal‑Messiku, The Prince of India, dwar Lhudi fl‑Imperu Biżantin, u, l‑aktar famuża tiegħu, Ben Hur.
Qari tal‑provi: L‑Aġenzija Nazzjonali tal‑Litteriżmu
© Norman C. Borg
Avventura | Drama | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja