Klikkja t‑titlu tal‑ktieb biex tara l‑kelma fil‑kuntest tal-istorja.

<< T >>

Tabib saħħar: Raġel spiritwali, tipiku tal‑ewwel nazzjonijiet tal‑Amerka, li kien idewwi lill‑morda jew lill‑feriti. L‑Aħħar Moħikan 

Terriċċju: Ħamrija u materjal ieħor dekompost tajjeb biex tkabbar il‑pjanti fih. Is‑Sigriet ta' Għar is‑Sriep 

Testiera: Iċ‑ċineg li torbot ma’ ras iż‑żiemel. Il‑Qattus li Fenda għal Rasu 

Titħanha (minn taħan): Tkisser xi ħaġa iebsa (bħal żerriegħa) sakemm issir trab. Stejjer Qabel Torqod 1 

Tmun: Il‑parti fil‑poppa ta’ dgħajsa jew bastiment li biha titbiddel id‑direzzjoni tal‑mirkeb. Moby Dick 

Traċju: Persuna minn Traċja, illum parti mill‑Bulgarija, il‑Greċja u t‑Turkija. Spartaku 

Tramm: Għamla ta’ trasport pubbliku li jimxi fit‑toroq permezz ta’ ferrovija u wajers tal‑elettriku. Ir‑Raġel l‑Inviżibbli 

Tribun: Uffiċjal għoli Ruman, li kien ikollu responsabbiltajiet jew ċivili jew militari. Ben Hur | Spartaku 

Tuqqala: Biċċa injama li tkebbeb is‑suf magħha. Il‑Qattus li Fenda għal Rasu 

***** ***** stat_3 ***** *****