Lew Wallace
(1827-1905)


Sors: wikipedia.org/GIMP

Kotba fil-Librerija
Ben Hur
 

Lew Wallace twieled fi Brookville, fl-istat t’Indiana, l-Amerka, fl-10 t’April 1827. Kien it-tieni wild minn familja ta’ erba’ subien.

Fis-sajf tal-1832, il-familja marret toqgħod f’Covington, Indiana. Iż-żagħżugħ Lew kien interessat ħafna fil-liġi, u hemmhekk beda jistudja biex isir avukat. Madankollu, meta faqqgħet il-gwerra bejn l-Istati Uniti u l-Messiku, waqqaf l-istudji tiegħu biex jiġbor is-suldati għall-gwerra.

Fil-Gwerra Ċivili Amerikana, Wallace ġġieled fuq in-naħa tal-Unjoni. Bil-ħila tiegħu rnexxielu jsalva l-belt ta’ Washington D.C. milli taqa’ f’idejn l-għadu.

Wara karriera eċċitanti u mimlija unuri fl-armata, Wallace rriżenja minn ġeneral fl-1865 biex ikompli jaħdem bħala avukat. Bejn l-1878 u l-1881 kien gvernatur tal-istat ta’ New Mexico. Kien ukoll membru tal-qorti waqt il-ġuri ta’ dawk li kienu mixlijin bil-qtil ta’ Abraham Lincoln.

Wallace miet fi Crawfordsville, Indiana, fil-15 ta’ Frar 1905. Huwa magħruf l-aktar għal tliet rumanzi storiċi li kiteb, The Fair God, storja dwar il-ħakma tal-Messiku, The Prince of India, dwar Lhudi fl-Imperu Biżantin, u, l-aktar famuża tiegħu, Ben Hur.

Qari tal-provi: L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
© Norman C. Borg