Ġeneru li jinkludi xogħlijiet ta’ letteratura li jibqgħu magħrufin matul iż‑żminijiet għat‑temi tagħhom, u l‑importanza kbira li għandhom fis‑soċjetà u l‑kultura. Dawn l‑istejjer spiss jirrakkuntaw l‑esperjenzi tal‑bniedem li huma komuni f’kull soċjetà u kultura, dilemmi etiċi, kwistjonijiet soċjali u problemi personali.
L-aktar rumanz popolari tal-kittieb Amerikan James Fenimore Cooper.
L-istorja sseħħ waqt il-gwerra bejn l-Ingilterra u Franza għall-ħakma tal-kolonji fil-Kanada u fl-Amerka ta' Fuq. Fi treqithom biex jingħaqdu ma' missierhom, żewġ tfajliet jinqabdu fit-taqbid bejn forzi Ewropej u tribujiet differenti tal-Ewwel Nazzjonijiet Amerikani. (7,900 kelma)
Ir-rumanz ċelebri tal-Amerikan Lew Wallace.
Il-ġrajja ta’ żagħżugħ Lhudi li jbati ħafna inġustizzji taħt l-Imperu Ruman, imjassar u mifrud mill-familja tiegħu. L-istorja timxi pass pass mal-ħajja ta’ Ġesù ta’ Nazaret. (10,600 kelma)
Is-sena: 1872: “Illum il-ġurnata tista’ ddur id-dinja fi tliet xhur.”
“Le. Fi tmenin ġurnata.”
“Impossibbli!”
“Sinjuri, lest li nilgħab imħatra ta’ 20,000 lira sterlina li nista’ ndur id-dinja fi tmenin jum.” (6,400 kelma)
Ir-rumanz ċelebri tal-Ispanjol Miguel de Cervantes.
Malli Don Quixote jiffissa li jrid isir kavallier qalbieni, ikaxkar lill-ħabib tiegħu Sanċo Panza f'sensiela ta' praspar u avventuri diżastrużi. (5,600 kelma)
L-istorja ta' Eliża, li ħarbet bit-tarbija tagħha mill-iskjavisti, u ta' Tom, li mibjugħ minn sid għal ieħor, dejjem baqa' b'tama soda li fl-aħħar jerġa' jingħaqad mal-familja tiegħu. B'dan ir-rumanz, Harriet Beecher Stowe qanqlet fil-poplu Amerikan kuxjenza dwar il-qagħda kerha tal-iskjavi suwed fl-Amerka. (3,470 kelma)
Ebenezer Scrooge kien raġel xħiħ, kien jaħseb biss f'xogħlu u fi flusu, u ma kien jagħti xejn lil ħadd. Darba lejlet il-Milied kellu erba' żjarat...
Din hija x'aktarx l-aktar storja popolari miktuba mill-Ingliż Charles Dickens, magħrufa tista' tgħid madwar id-dinja kollha. (4,300 kelma)
Ir-rumanz tat-Taljan Alessandro Manzoni. Waqt li suldati minn pajjiżi oħra jinvadu l-Italja, żewġ għarajjes jinsabu fuq ix-xwiek biex jiżżewġu. Imma n-nobbli Don Rodrigo, bis-sewwa jew bid-dnewwa, ma jħallihomx. Sadattant, tfaqqa' l-pesta fil-pajjiż.
(7,200 kelma)
L-aktar rumanz popolari tal-Iskoċċiż Robert Louis Stevenson. Qabel ma miet, il-pirata l-aħrax Flint ħeba teżor kbir fuq gżira diżabitata. Il-pirata Billy Bones għamel mappa li kienet turi fejn kien moħbi t-teżor. Imma sħabu riedu dik il-mappa għalihom, u kienu lesti li jagħmlu minn kollox biex jiksbuha. (9,900 kelma)
Robert Louis Stevenson jirnexxilu jżewweġ il‑makabru mal‑misterjuż biex joħloq waħda mill‑aktar stejjer popolari tal‑letteratura Ingliża. Jista’ jkun li persuna tkun tajba u ħażina fl‑istess ħin? Tabib jagħmel esperiment biex jiskopri dan. (4,770 kelma)
Ir-rumanz ta' Herman Melville, meqjus bħala wieħed mill-akbar xogħlijiet letterarji Amerikani.
Waqt kaċċa għall-baliena l-bajda Moby Dick, il-Kaptan Aħab jitlef riġel. Minn dak il-mument jaħlef li jibqa' jfittex il-baliena sakemm joqtolha, anki jekk jirriskja l-ħajjiet tiegħu u taċ-ċorma. (5,000 kelma)
Ir-rumanz ċelebri tal-Franċiż Alexandre Dumas.
Edmond Dantes kien żagħżugħ mimli ħajja u ħafna pjanijiet. Iżda minħabba l-għira u l-mibegħda ta' xi nies, jgħaddi minn ħafna tbatija u inġustizzji.
(10,100 kelma)
Dwelli bix‑xwabel, avventura, spjunaġġ, unur. Ir‑rumanz ta’ Alexandre Dumas jogħġob lil dawk li jħobbu l‑avventuri mgħaġġla u mimlijin azzjoni. Din hija l‑ewwel avventura tat‑tliet suldati u l‑ħabib tagħhom D’Artagnan, l‑aktar wieħed qalbieni fosthom. (4,200 kelma)