Storja Kategorija: Storja

Il‑ġeneru tar‑rumanz storiku jirrakkonta stejjer li jkunu ġraw fil‑passat. Dawn l‑istejjer jgħaqqdu fatti storiċi ma’ ġrajjiet ivvintati, u spiss, ma’ karattri mistħajla mill‑awtur, ikun hemm ukoll persuni storiċi u ġrajjiet li jkunu seħħu tassew. Għalhekk l‑awtur jiffoka fuq id‑dettall ta’ dawn il‑fatti, jieħu lill‑qarrejja f’perjodu ta’ żmien differenti, filwaqt li jesplora temi universali u esperjenzi umani.

L-Aħħar Moħikan L-aktar rumanz popolari tal-kittieb Amerikan James Fenimore Cooper.
L-istorja sseħħ waqt il-gwerra bejn l-Ingilterra u Franza għall-ħakma tal-kolonji fil-Kanada u fl-Amerka ta' Fuq. Fi treqithom biex jingħaqdu ma' missierhom, żewġ tfajliet jinqabdu fit-taqbid bejn forzi Ewropej u tribujiet differenti tal-Ewwel Nazzjonijiet Amerikani. (7,900 kelma)


L-Assedju tal-1565 Fl-1565 l-armata tal-Imperu Ottoman attakkat lill-Kavallieri tal-Ordni Ospedalier ta' San Ġwann hawn Malta. L-assedju dam minn nofs Mejju sal-bidu ta' Settembru. X'ġara waqt l-assedju? X'kienu r-raġunijiet u l-konsegwenzi ta' din it-taqbida ħarxa?
(10.900 kelma)


Id-Djarju ta' Anna Frank
Rakkont grafiku (komik) dwar l-istorja ta' Anna Frank, il-familja tagħha, u d-djarju li kitbet fi żmien il-persekuzzjoni tan-Nażi fl-Ewropa żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
(Erbatax-il paġna)


Ben Hur Ir-rumanz ċelebri tal-Amerikan Lew Wallace.
Il-ġrajja ta’ żagħżugħ Lhudi li jbati ħafna inġustizzji taħt l-Imperu Ruman, imjassar u mifrud mill-familja tiegħu. L-istorja timxi pass pass mal-ħajja ta’ Ġesù ta’ Nazaret. (10,600 kelma)


Il-Gabbana taz-Ziju Tom L-istorja ta' Eliża, li ħarbet bit-tarbija tagħha mill-iskjavisti, u ta' Tom, li mibjugħ minn sid għal ieħor, dejjem baqa' b'tama soda li fl-aħħar jerġa' jingħaqad mal-familja tiegħu. B'dan ir-rumanz, Harriet Beecher Stowe qanqlet fil-poplu Amerikan kuxjenza dwar il-qagħda kerha tal-iskjavi suwed fl-Amerka. (3,470 kelma)


L-Għarajjes Ir-rumanz tat-Taljan Alessandro Manzoni. Waqt li suldati minn pajjiżi oħra jinvadu l-Italja, żewġ għarajjes jinsabu fuq ix-xwiek biex jiżżewġu. Imma n-nobbli Don Rodrigo, bis-sewwa jew bid-dnewwa, ma jħallihomx. Sadattant, tfaqqa' l-pesta fil-pajjiż.
(7,200 kelma)


Mikiel Strogoff: Messaġġier taż-Żar Waqt ir‑rewwixta tal‑poplu Tartaru fis‑Siberja fl‑1877, iż‑Żar tar‑Russja jibgħat lil Mikiel Strogoff b’messaġġ lil ħuh biex javżah li ħajtu kienet fil‑periklu. Iżda l‑vjaġġ kien wieħed perikoluż, b’ħafna perikli minn spiji, ġellieda ħorox u n‑natura bla ħniena tal‑pajjiż. Mir‑rumanz popolari ta’ Jules Verne. (6,700 kelma)


L-Istorja ta' Pokaħontas Illum il-ġurnata l-karattru ta' Pokaħontas huwa magħruf l-aktar permezz tal-cartoon ta' Walt Disney. Iżda din it-tfajla Indjana tal-Amerika kienet teżisti tassew, u din hija l-istorja tagħha.
(2,900 kelma)


Il-Konti ta' Monte Kristo Ir-rumanz ċelebri tal-Franċiż Alexandre Dumas.
Edmond Dantes kien żagħżugħ mimli ħajja u ħafna pjanijiet. Iżda minħabba l-għira u l-mibegħda ta' xi nies, jgħaddi minn ħafna tbatija u inġustizzji.
(10,100 kelma)


Spartaku Wieħed mill-passatempi l-aktar favoriti fi żmien ir-Repubblika Rumana kien il-ġlied fl-areni, fejn ilsiera, ħabsin u priġunieri tal-ġwerra kienu jitqatlu għall-pjaċir tal-folla. Iżda darba qam gladjatur li wiegħed il-ħelsien lill-ilsiera kollha, u li b'għemilu kważi ġab lil Ruma għarkopptejha. L-istorja vera ta' Spartaku.
(3,600 kelma)

***** ***** stat_3 ***** *****