Klikkja t‑titlu tal‑ktieb biex tara l‑kelma fil‑kuntest tal-istorja.

<< Ċ >>

Ċentigradi: Tip ta’ kejl għat‑temperatura. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Ċenturjun: Uffiċjal fl‑armata Rumana li kien jikkmanda mitt suldat. Ben Hur 

Ċima: Ħabel oħxon li kien jintuża fuq ix‑xwieni biex jintrabtu l‑qlugħ. Peter Pan 

Ċoqqa: Libsa twila tal‑patrijiet. L‑Għarajjes 

Ċrieki tan‑nar: Ħbula ħoxnin marbutin f’forma ta’ ċirku u mgħaddsin fiż‑żift ħalli jaqbdu malajr. Jagħtuhom in‑nar u jixħtuhom fuq l‑għadu. L‑Assedju L‑Kbir 

***** ***** stat_3 ***** *****