Klikkja t‑titlu tal‑ktieb biex tara l‑kelma fil‑kuntest tal-istorja.

<< P >>

Paġġ: Paġġ kien qaddej, jew assistent. Kull fieres kellu l‑paġġ tiegħu biex jgħinu jieħu ħsieb iż‑żiemel, l‑armatura u l‑armi tiegħu, kif ukoll biex jagħmillu qadjiet oħra. Don Quixote 

Pagoda: Tempju orjentali, forma ta’ torri b’ħafna sulari, ġeneralment tar‑reliġjon Buddista. Lura Dawra mad‑Dinja fi Tmenin Jum 

Palankin: Siġġu mgħotti, imqiegħed fuq lasti twal, u li jġorruh fuq spallejhom erbgħa jew sitta minn nies. Stejjer Qabel Torqod 1 

Palelli: Imqadef bil‑pala kbira. Lura Dawra mad‑Dinja fi Tmenin Jum 

Palizzata: Palizzata kienet ringiela ta’ zkuk ippuntati li setgħu jservu ta’ barriera fuq l‑art jew taħt wiċċ l‑ilma. L‑Assedju L‑Kbir 

Parċmina: Speċi ta’ karta magħmula mill‑ġild tal‑annimali li kienu jiktbu d‑dokumenti fuqha fl‑antik. Don Quixote | Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Pattulja: Grupp żgħir ta’ suldati li xogħolhom hu li jgħassu biċċa art jew post. L‑Assedju L‑Kbir 

Peniżola: Biċċa art imdawra bil‑baħar fuq tliet naħat. L‑Għolja Xiberras, il‑Birgu u Senglea t‑tlieta huma peniżoli. L‑Assedju L‑KbirVjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Pennun: Il‑parti fil‑għoli ta’ arblu ta’ xini fejn tifforma salib ma’ arblu mimdud. Il‑Gżira tat‑Teżor 

Pied: Kejl Ingliż għat‑tul − madwar 30.48 ċentimetru. Ħrejjef minn Ktieb il‑Ġungla | Il‑Mummja | Moby DickVjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Pira: Pjattaforma magħmula biz‑zkuk fejn ipoġġu l‑katavru għall‑ħruq. Lura Dawra mad‑Dinja fi Tmenin Jum 

Poppa: Il‑parti ta’ wara ta’ xini, vapur jew dgħajsa. Il‑Vjaġġi ta’ Gulliver | Moby Dick 

Promontorju: Art dejqa u għolja li toħroġ ’il barra fuq il‑baħar. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Pulzier: Kejl Ingliż, daqs 2.54 ċentimetru. Pied fih tnax‑il pulzier. Il‑Mummja | Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja | Il‑Vjaġġi ta’ Gulliver

Puntun: Numru ta’ dgħajjes ċatti marbutin flimkien u pjanċa twila tal‑injam poġġuta fuqhom biex isservi ta’ pont. L‑Assedju L‑Kbir 

Pupress: L‑arblu mimdud fuq il‑ponta ta’ quddiem ta’ xini. Il‑Gżira tat‑Teżor 

***** ***** stat_3 ***** *****