Charles Kingsley
(1819–1875)


Sors: wikipedia.org/GIMP

Kotba fil-Librerija
Għemejjel Persew 
 

Charles Kingsley twieled nhar it-12 ta’ Ġunju, 1819, f’Dartmoor, Devon, l-Ingilterra, u miet nhar it-23 ta’ Jannar, 1875 f’Eversley.

L-ewwel rumanz tiegħu, It-Traġedja tal-Qaddis (The Saint's Tragedy), ħareġ fl-1848, u minn dak iż-żmien sa mewtu baqa’ jikteb regolarment, kemm rumanzi kif ukoll poeżiji.

Bħala kittieb, l-akbar ħila li kellu Kingsley kienet dik li jiddeskrivi x-xenarju fejn iseħħu l-istejjer tiegħu. Il-mod kif jiddeskrivi l-ġungli u x-xmajjar tal-Amerka t’Isfel, pereżempju, fl-aktar rumanz popolari tiegħu Lejn il-Punent! (Westward Ho!), jew id-deżerti tal-Eġittu fir-rumanz Hypatia, wieħed jista’ jqishom ‘pitturi’ bil-lingwa Ingliża.

Billi Kingsley kien iħobb ħafna lit-tfal, kien kapaċi juża lingwa li kienet tappella għalihom u kien juża vokabularju li kien ħafif għat-tfal biex jifhmu. Mhux ta’ b’xejn li huwa wieħed mill-aktar kittieba favoriti tat-tfal. Fil-fatt kiteb ħafna kotba għat-tfal, fosthom L-Eroj (The Heroes), fejn jirrakkonta bl-istil tiegħu għadd ta’ stejjer mill-mitoloġija Griega l-antika. Fost dawn hemm l-avventuri ta’ Persew, Tesew u tal-Argonawti.

© Norman C. Borg