Kategorija: LeġġendiĠeneru li jinkludi stejjer ibbażati fuq tradizzjonijiet storiċi jew kulturali, billi jgħaqqdu l‑fatti mal‑finzjoni. Dawn l‑istejjer spiss jinkludu karattri erojċi, għemejjel straordinarji, u ġrajjiet li jiddeskrivu l‑identità u l‑valuri tal‑bniedem. Leġġendi jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra, irrakkuntati biex iżommu l‑wirt kulturali, il‑valuri u t‑twemmin tas‑soċjetà.
Ir-Re Peljas sfida lil Ġasun: “Jekk jirnexxilek issib it-Tusun tad-Deheb, nagħtik it-tron.” Minnufih Ġasun beda jiġbor ċorma ta’ nies qalbenin li kienu lesti jagħmlu l-vjaġġ perikoluż miegħu abbord ix-xini Argos.
Missier Mulan darba kien suldat fl-armata. L-Imperatur sejjaħlu biex imur jiġġieled kontra l-għadu li invada l-pajjiż, imm’ issa l-missier kien xiħ u ma kellux tfal subien biex imorru minfloku. Bintu Mulan qatgħetha li tilbes ta’ raġel u tmur suldat hi minfloku. (1,350 kelma)
Episodju mill‑mitoloġija Ġermanika miżgħud b’allat, eroj, ġganti, nani ħżiena, draguni u ħlejjaq oħra fantastiċi. Waħda mill‑ispirazzjonijiet għax‑xogħlijiet ta’ J.R.R. Tolkien. (5,100 kelma).
Tkompli s‑sensiela ta’ leġġendi medjevali bil‑ġrajja ta’ Gudrun. Leġġenda epika oħra Ġermaniża ta’ vjaġġi fuq il‑baħar u avventura, famuża daqs il‑leġġenda tan‑Nibelungi. (2,100 kelma).
Leġġenda Maltija taż‑żmien meta atti ta’ piraterija fuq dawn il‑gżejjer kienu ferm komuni, bin‑nies jgħixu b’biża’ kontinwu li jinqabdu u jittieħdu lsiera. Kitba ta’ Victor Fenech. (1,000 kelma)
Kavallier żagħżugħ li jippreferi l‑għana aktar milli l‑ġlied jaqa’ fil‑morsa ta’ saħħara qalila li twasslu biex jittraskura d‑dmirijiet tiegħu. (1,458 kelma).
L‑epika ta’ Omeru. Odysseus, l‑eroj li ġġieled waqt l‑assedju ta’ Trojja u li vvinta ż‑żiemel tal‑injam li permezz tiegħu il‑Griegi daħlu u qerdu l‑belt, jibda l‑vjaġġ tiegħu lura lejn pajjiżu. Fi triqtu, ikollu jħaqqaqha ma’ ġganti, mostri, sħaħar qarrieqa u allat irrabjati! (14,358 kelma).
Fuq talba ta’ qarrejja oħra! L-Ewwel volum ta’ ġabra ta’ ħrejjef minn pajjiżi differenti. Min kien iż-żagħżugħ li kien jgħix f'dar ġewwa siġra? Għalfejn is-suldati tal-Imperatur kellhom jgħabbu dgħajsa b’ħafna ġebel? Għalfejn iben l-iskultur naqqax għasfur kbir bil-molol?
(10,300 kelma)
Mill-ġabra magħrufa ta’ ħrejjef L-Iljieli Għarbin. Meta saħħar ġab fil-palazz tar-Re tal-Persja żiemel imsaħħar, il-Prinċep Firuż ħatfu minnufih u tar bih. Iżda ma kienx jaf jikkontrollah, u ż-żiemel ħadu f’post li qatt ma kien ra qabel.
(1,800 kelma)