Kategorija: MitoloġijaĠeneru li jikkonsisti minn stejjer tradizzjonali u leġġendi li jispjegaw it‑twemmin, ir‑ritwali, u l‑fenomeni naturali ta’ kultura partikolari. Dawn l‑istejjer spiss jinkludu allat, eroj, u ħlejjaq sopranaturali, u jirriflettu l‑valuri u l‑ideat dwar id‑dinja kif timmaġinaha s‑soċjetà li tkun ħolqot l‑istejjer.
Ir-Re Peljas sfida lil Ġasun: “Jekk jirnexxilek issib it-Tusun tad-Deheb, nagħtik it-tron.” Minnufih Ġasun beda jiġbor ċorma ta’ nies qalbenin li kienu lesti jagħmlu l-vjaġġ perikoluż miegħu abbord ix-xini Argos. (3,500 kelma)
Episodju mill‑mitoloġija Ġermanika miżgħud b’allat, eroj, ġganti, nani ħżiena, draguni u ħlejjaq oħra fantastiċi. Waħda mill‑ispirazzjonijiet għax‑xogħlijiet ta’ J.R.R. Tolkien. (5,100 kelma).
Ħlejjaq bi sriep minflok xagħar, ġgant li jerfa' d-dinja, mostri tal-baħar, sandli li tista’ ttir bih, elmu li jagħmlek inviżibbli, nies li jsiru statwi - insomma, dak kollu li tista’ tistenna mill-mitoloġija Griega. Waħda mil-leġġendi popolari Griegi li Charles Kinglsey kiteb b'Ingliż ħafif għat-tfal. (3,800 kelma)
Tkompli s‑sensiela ta’ leġġendi medjevali bil‑ġrajja ta’ Gudrun. Leġġenda epika oħra Ġermaniża ta’ vjaġġi fuq il‑baħar u avventura, famuża daqs il‑leġġenda tan‑Nibelungi. (2,100 kelma).
Kavallier żagħżugħ li jippreferi l‑għana aktar milli l‑ġlied jaqa’ fil‑morsa ta’ saħħara qalila li twasslu biex jittraskura d‑dmirijiet tiegħu. (1,458 kelma).
L‑epika ta’ Omeru. Odysseus, l‑eroj li ġġieled waqt l‑assedju ta’ Trojja u li vvinta ż‑żiemel tal‑injam li permezz tiegħu il‑Griegi daħlu u qerdu l‑belt, jibda l‑vjaġġ tiegħu lura lejn pajjiżu. Fi triqtu, ikollu jħaqqaqha ma’ ġganti, mostri, sħaħar qarrieqa u allat irrabjati! (14,358 kelma).
Labirint enormi fejn tista’ tintilef għal għomrok. Id-dominju ta’ mostru li jiekol lin-nies. Min seta’ jsib u jeqred lill-mostru f'dak il-labirint?. U kif, jekk joqtol lill-mostru, seta’ jerġa' joħroġ minn hemm qawwi u sħiħ?
(1,800 kelma)