Klikkja t‑titlu tal‑ktieb biex tara l‑kelma fil‑kuntest tal-istorja.
Ġandra: Frotta tas‑siġra tal‑ballut. Peter Pan
Ġebel ħaffief: Ġebel mitħun ħafna sakemm isir kważi trab. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja
Ġeoloġi: Xjenzati li jistudjaw it‑tipi differenti ta’ ġebel fid‑dinja. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja
Ġentili: Dawk in‑nies kollha li ma kinux Lhud. Ben Hur
Ġeżża: Il‑ġilda bis‑suf ta’ annimal. L‑Argonawti
Ġliba: Grupp ta’ ħut jew balieni flimkien. Moby Dick
Ġove: Fir‑reliġjon pagana Rumana, l‑alla ewlieni, alla tal‑allat. Spartaku
Ġrad: Tip ta’ insetti qishom ġurati kbar. L‑Għarajjes
Ġurassiku: Perjodu ta' żmien bejn 200 u 140 miljun sena ilu. Id‑Dinja l‑Mitlufa