A
B
Ċ
C
D
E
F
Ġ
G
H
Ħ
I
Ie
J
K
L
M
N
O
P
Q
R
S
T
U
V
W
X
Y
Ż
Z

Klikkja t-titlu tal-ktieb biex tara l-kelma
fil-kuntest tal-istorja.

Akustiku: Li għandu x’jaqsam mal‑ħoss u s‑smigħ. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Alkemista: Wieħed li mijiet ta’ snin ilu kien jagħmel esperimenti bil‑kimika. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Alluċinazzjoni: Meta tara, tisma’ tħoss jew ixxomm xi ħaġa li mhix tassew hemm jew ma teżistix. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Anarkiku: Wieħed li jkun kontra l‑gvern u l‑liġijiet. Illum il‑ġurnata tintuża wkoll il‑kelma terrorista. Ir‑Raġel l‑Inviżibbli 

Art l‑Ispirti (jew Art il‑Mejtin): Fil‑mitoloġija tal‑ewwel nazzjonijiet tal‑Amerka, kien il‑post fejn kienu jmorru l‑erwieħ tal‑mejtin; speċi ta’ Ġenna. L‑Aħħar Moħikan 

Arti marzjali: Il‑ħiliet ta’ suldat, speċjalment tal‑popli tal‑Lvant. L‑Istorja ta’ Mulan 

Atlas: Ktieb bil‑mapep ta’ pajjiżi u kontinenti. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Awrora borealis: Forom ta’ dwal b’ħafna lwien, qishom purtieri, li xi drabi jidhru fis‑sema billejl fl‑artijiet ta’ fuq tad‑dinja. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja 

Awriga: Is‑sewwieq tal‑karru tat‑tlielaq. Ben Hur