Faqqiegħa: Xitla li għandha forma ta’ umbrella. Peter Pan
Fazzjoni: Grupp, klikka jew għaqda ta’ nies li jaqsmu l‑istess gosti jew ideat politiċi. Romeo u Ġuljetta
Fieres: Kelma oħra għal kavallier. Don Quixote
Fliegu: Baħar bejn żewġ artijiet jew gżejjer, eż. Il‑fliegu bejn Malta u Għawdex. L‑Argonawti | It-Tliet Muskettieri
Forka: Il‑post fejn jinqatlu l‑kriminali kkundannati għall‑mewt. Il‑Gżira tat‑Teżor
Fosfru: Materjal kimiku abjad, imma li jarmi dija ħadranija fid‑dlam. Il‑Kelb tal‑Baskerville
Frejgatina: Dgħajsa mdaqqsa li kienet tesa’ numru kbir ta’ suldati. Baħrin kienu jużawha wkoll biex joqorbu lejn il‑balieni ħalli jkunu jistgħu jaqbduhom bil‑ħarpuniet. L‑Assedju L‑Kbir | Moby Dick
Fsada: Tneħħija tad‑demm. F’dawk iż‑żminijiet kienu jaħsbu li biex tikkura xi mard, wieħed kien iħalli d‑demm inixxi mill‑ġisem għal ftit. Don Quixote
Furban: Kelma oħra għal pirata. L‑Assedju L‑Kbir