La Manċa: Reġjun fi Spanja. Don Quixote
Laguna: Għadira ilma mielaħ maqtugħa mill‑baħar minn biċċa art imramla. Peter Pan
Laħam immellaħ: F’dawk iż‑żminijiet ma kinux jeżistu friġġijiet u freezers, u l‑aħjar metodu biex ma jħallux il‑laħam jitħassar malajr kien li jżommuh fil‑melħ. L‑Assedju L‑Kbir
Latitudni: Żona fuq id‑dinja li turi kemm pajjiż huwa qrib it‑Tramuntana, in‑Nofsinhar, jew l‑ekwatur. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja
Lebbrużi: Nies li jsofru mill‑marda tal‑lebbrożi, marda tal‑ġilda li tittieħed. Illum il‑ġurnata hemm kura għaliha. Ben Hur
Lega: Sistema antika li tkejjel id‑distanza. Lega kienet bejn wieħed u ieħor ftit inqas minn ħames kilometri. Għoxrin Elf Lega taħt il‑Baħar
Leġjun: Armata Rumana. Fi żmien ir‑Repubblika, leġjun ġeneralment kien magħmul minn 4,800 suldat. In‑numru żdiet aktar tard fil‑perjodu tal‑Imperu. Spartaku
Leġjunarji (minn Leġjun): Suldati fl‑armata Rumana. Fi żmien l‑Imperu, leġjun ġeneralment kien magħmul minn 5,800 suldat. Ben Hur
Libbra: Użin tal‑imgħoddi. Libbra kienet bejn wieħed u ieħor ftit inqas minn nofs kilogramm. Stejjer Qabel Torqod 1
Lieva: Liġi li tordna persuna taħdem bħala suldat għal perjodu ta’ żmien. L‑Istorja ta’ Mulan
Lira sterlina: Il‑munita Ingliża. Lura Dawra mad‑Dinja fi Tmenin Jum
Longhouse: Tip ta’ djar ta’ xi tribujiet tal‑ewwel nazzjonijiet tal‑Amerika, u li kienu magħmulin minn zkuk tas‑siġar marbutin flimkien. Jissejħu hekk għaliex kienu tawwalin. Dawn kienu differenti mit‑tinda (tipì) li kienu jużaw tribujiet oħra tal‑Amerika. L‑Istorja ta’ Pokaħontas