A
B
Ċ
C
D
E
F
Ġ
G
H
Ħ
I
Ie
J
K
L
M
N
O
P
Q
R
S
T
U
V
W
X
Y
Ż
Z

Klikkja t-titlu tal-ktieb biex tara l-kelma
fil-kuntest tal-istorja.

Sarġ: Oġġett magħmul minn drapp u ġild, u jitpoġġa fuq dahar iż‑żiemel biex wieħed jirkeb fuqu. Don Quixote | L‑Aħħar Moħikan | L‑Istorja ta’ Mulan 

Scotland Yard: Il‑kwartier ġenerali tal‑pulizija ta’ Londra. Illum magħruf bħala New Scotland Yard. Dawra mad‑Dinja fi Tmenin Jum 

Seffud tan‑nar: Lasta tal‑ħadid li tintuża biex iċċaqlaq il‑faħam jew iz‑zkuk jaqbdu fil‑fuklar. Ir‑Raġel l‑Inviżibbli 

Senat: Il‑korp ta’ gvernaturi Ruman, li f’ċerti każijiet kien ukoll qisu parlament. Spartaku 

Sesterz: Munita Rumana antika. Ben Hur 

Sies: Qiegħ l‑irdum; ‘sies’ tfisser ukoll il‑pedament ta’ xi ħajt. Is‑Sigriet ta' Għar is‑Sriep 

Skuna: Biċċa tal‑baħar żgħira, b’żewġt arbli u iżgħar minn bastiment. Moby Dick 

Sold: Madwar 35 ewroċenteżmu. Sold kien munita antika fl‑Ingilterra u xi pajjiżi oħra. Tnax‑il sold kienu jagħmlu xelin. Tletin sold (żewġ xelini u nofs) jiġu ftit aktar minn għaxar ewro. Għanja tal‑Milied 

Stoċċ: Speċi ta’ but fejn il‑persuna żżomm pistola fuq ġenbha. L‑Aħħar Moħikan 

Stuta: Speċi ta’ lembut li jużawh biex jitfu x‑xemgħat bih. Għanja tal‑Milied