Kappestru: Iċ‑ċineg li tpoġġi madwar ras iż‑żiemel biex tmexxih meta tirkbu. L‑Istorja ta’ Mulan
Kassja: Tip ta’ xitla. Il‑Mummja
Kassru tal‑pruwa: Parti li tkun fuq quddiem (pruwa) tal‑bastiment, fejn joqogħdu u jorqdu l‑baħrin. Moby Dick
Kavallerija: Sett ta’ regoli dwar l‑imġiba ta’ persuna biex iġġib ruħha b’unur u rispett quddiem ħaddieħor, speċjalment man‑nisa. Don Quixote
Kawzjoni: Somma flus li titħalles lill‑qorti biex il‑persuna ma tibqax il‑ħabs sakemm jinqata’ l‑każ. Jekk il‑persuna ma tattendix il‑każ, il‑flus jinżammu mill‑qorti. Lura Dawra mad‑Dinja fi Tmenin Jum
Kenura: Speċi ta’ dgħajsa żgħira dejqa u ppuntata fuq quddiem u fuq wara. Bl‑Ingliż canoe. L‑Aħħar Moħikan | L‑Istorja ta’ Pokaħontas
Kolonisti: Nies li kienu jitilqu pajjiżhom biex ifittxu artijiet ġodda u jibdew ħajja ġdida billi jibnu bliet hemm. Ngħidu li kienu jwaqqfu kolonja. Il‑popli li kienu jgħixu f’dak il‑post qabilhom xi drabi kienu jilqgħuhom, u xi drabi ma kinux jaċċettawhom, u kien iqum ħafna inkwiet. L‑Istorja ta’ Pokaħontas
Konfuċju: Konfuċju kien filosfu u għalliem Ċiniż li twieled madwar 2,570 sena ilu. It‑tagħlim u l‑filosofija tiegħu huma dwar il‑moralità, l‑onestà, il‑ġustizzja, l‑imġiba tajba u r‑rispett lejn il‑proxxmu. It‑tagħlim tiegħu għadu importanti fil‑ħajja tan‑nies fiċ‑Ċina, il‑Korea, il‑Ġappun u l‑Vjetnam. Stejjer Qabel Torqod 1
Koorta: Battaljun ta’ suldati fl‑armata Rumana. Ġeneralment kien jikkonsisti f’480 suldat. Spartaku
Kosbor: Pjanta li ż‑żerriegħa u l‑weraq tagħha jintużaw bħala ħwar. Il‑Qattus li Fenda għal Rasu
Kratier: Il‑ħofra ewlenija minn fejn jiżbroffa vulkan. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja
Krinjiera: Ix‑xagħar fuq ras u għonq iż‑żiemel. Il‑Qattus li Fenda għal Rasu | Stejjer Qabel Torqod 1
Kwartun: Kelma Amerikana li tirreferi għal persuna li kellha wieħed jew waħda min‑nanniet ta’ razza sewda Afrikana; pereżempju nannu Afrikan u tliet nanniet Ewropej. Dawn in‑nies ikollhom karnaġġjon aktar ċara, kważi Ewropea. Fis‑sistema ta’ skjavitù Amerikan, kwartuni kienu jagħtuhom xogħol fid‑djar tas‑sinjuri, waqt li l‑iskjavi Afrikani puri kienu jagħtuhom xogħol iebes fl‑għelieqi, għax kienu jqisuhom inqas intelliġenti. Il‑Gabbana taz‑Ziju Tom
Kwaternarju: Perjodu ta’ żmien li ninsabu fih u li beda madwar żewġ miljun sena ilu. Vjaġġ lejn iċ‑Ċentru tad‑Dinja