Batterija: Grupp ta' kanuni. L‑Assedju L‑Kbir
Belliegħa: Speċi ta’ tromba tal‑baħar, fejn jiltaqgħu żewġ kurrenti qawwija tal‑ilma, iduru ma’ xulxin, u jiġbdu kollox lejn qiegħ il‑baħar. L‑Argonawti
Biċċiet tat‑tmienja: Jew dollaru Spanjol; munita antika Spanjola. Kienu jissejħu hekk għaliex tmienja kienu jagħmlu r‑real, munita oħra antika Spanjola. Il‑Gżira tat‑Teżor
Bies: Tip ta’ għasfur tal‑priża. Don Quixote
Bombay: L‑isem Ingliż għal Mumbai, li sar l‑isem uffiċjali fl‑1995. Lura Dawra mad‑Dinja fi Tmenin Jum
Bożin: Uffiċjal fuq vapur jew xini li jieħu ħsieb l‑apparat u l‑għodod tal‑baħrin. Peter Pan
Braċieri: (singular braċiera). Speċi ta’ plattina żgħira tal‑metall fejn tpoġġi l‑ġamar (biċċiet tal‑faħam jaħraq biex iżomm is‑sħana). Iż‑Żiemel L‑Imsaħħar
Braħmin: Għamla ta’ qassisin fir‑reliġjon Ħindu. Dawra mad‑Dinja fi Tmenin Jum
Brevjar: Ktieb tal‑qassisin bit‑talb għal kull siegħa tal‑jum. L‑Għarajjes
Burma: L‑isem antik tar‑Repubblika tal‑Unjoni ta’ Myanmar, li tinsab fil‑Lbiċ tal‑kontinent tal‑Asja. Stejjer Qabel Torqod 1