Nagħma: Għasfur kbir li jgħix fl‑Afrika imma ma jtirx. (Ingliż ostrich). Il‑Vjaġġi ta’ Gulliver
Nantucket: Gżira li tagħmel parti mill‑istat ta’ Massachusetts, fl‑Istati Uniti, u li fi żmien din l‑istorja kienet tiddependi ħafna fuq l‑industrija tal‑kaċċa tal‑balieni. Moby Dick
New Bedford: Belt u port, ukoll fl‑istat ta’ Massachusetts. Fil‑bidu tad‑dsatax‑il seklu kien wieħed mill‑aktar portijiet importanti għall‑kaċċa tal‑balieni. Moby Dick
Newfoundland: Razza ta’ klieb kbar bil‑pil folt, jixbhu ħafna lir‑razza tas‑San Bernard. Peter Pan
Nigru: l‑isem li s‑sidien bojod kienu jużaw biex isejħu lill‑ilsiera suwed. Illum il‑ġurnata l‑kelma hija kkunsidrata offensiva u ma tintużax. Il‑Gabbana taz‑Ziju Tom