Nafu sew li kull persuna għandha l‑ħiliet differenti tagħha, il‑mod ta’ kif titgħallem, il‑mod ta’ kif tesprimi ruħha. Bħala proġett ekstrakurrikulari, hawnhekk m’għandekx toqgħod tisħaq fuq l‑idea li l‑istudenti kollha bilfors għandhom jiktbu xi ħaġa. Din hija opportunità biex toħroġ it‑talenti artistiċi l‑oħra tagħhom. Żgur mhux forsi, se ssib lil xi ħadd fil‑klassi li jkun irid ipenġi lil Long John Silver, jew il‑pappagall tiegħu, jew saħansitra l‑Hispaniola.
Minn hawn jibda jidher ix‑xogħol ta’ kollaborazzjoni, fejn tista’ tlaqqa’ lill‑kittieb mal‑illustratur ta’ karattru fil‑ktieb, biex jiddiskutu flimkien kif jiddeskrivu l‑karattru bil‑kitba u bit‑tpenġija. Parti mix‑xogħol tal‑illustratur se jkun ukoll li jagħmel ir‑riċerka meħtieġa qabel ma jibda t‑tpenġija. Huwa xogħol l‑illustratur ukoll li jagħmel kepxin xierqa għat‑tpenġija KE/7/K/5 wara li jkun iddiskutieha mal‑kittieb KT/9/K/8.1ċ .
L‑idea ta’ abbozzi
Daħħal fl‑istudenti l‑kunċett li malli toħloq xi ħaġa l‑ewwel darba – tista’ tkun kitba jew tpenġija – ma jfissirx li dik għandha tkun bilfors il‑verżjoni finali. Diskussjoni fil‑gruppi KE/7/T/9 KE/8/K/7 tista’ tgħin biex dak ix‑xogħol nistgħu nirfinawh aktar. Għaldaqstant jitgħallmu jirrevedu x‑xogħol tagħhom ☞ , imqar billi jsegwu suġġerimenti mingħand sħabhom KE/7/S/4 KE/7/T/4‑8 . Fejn tidħol il‑kitba, mod perfett kif jista’ jsir dan huwa permezz tal‑qari tal‑provi.