Malli tara li kulħadd iddeċieda x’tip ta’ xogħol se jagħmel, qabbad lill‑istudenti jiktbu sentenza waħda qasira fuq sticky note jew biċċa karta simili, biex jgħidu x’inhu xogħolhom. B’dan il‑mod se jkollhom idea ċara f’moħħhom xi jridu jagħmlu, u l‑fatt li jkunu kitbuha tagħtiha xeħta ‘uffiċjali’. Waħħal in‑noti fuq noticeboard ħalli kulħadd fil‑klassi jkun jaf x’se jkun ix‑xogħol ta’ sħabu. Fig. 11 jagħti xi eżempji.
Tista’ anki tagħmel tikketti li l‑istudenti jkunu jistgħu jilbsu waqt ix‑xogħol fuq il‑proġett (Fig. 12).