Il‑poeżija hija forma letterarja li tuża r‑ritmu (il‑mod kif il‑kliem f’vers huwa miktub skont l‑aċċent), u ġeneralment titkellem dwar emozzjonijiet. Tipi ta’ poeżija jinkludu dik lirika (dwar xi tħoss persuna), in‑narrattiva, li tirrakkonta storja, u d‑drammatika, li tippreżenta xena jew djalogu, fost oħrajn. Forma komuni ħafna ta’ poeżija jkollha rima, fejn it‑truf tal‑vrus ikollhom kliem li jispiċċa bl‑istess ħoss.
Bħal fjura – Joe Friggieri
It-tifla tan-nuċċali
kif tersaq lejn l-iskola
issib it-tfal tal-klassi
jgħajruha nannakola.
Kompli aqraha...
Ġurdien Żaqqieq – Carmel G. Cauchi
Qabel marru ħdejn il-baħar
il-mamà x’jieklu lestiet
imma, bl-għaġla, fuq il-mejda
biċċa ġobon kbira nsiet.
Kompli aqraha...
Min jaf kieku... – Rita Saliba
Li kieku s-sema ħamra
u s-siġar jikbru f'kamra...
Kieku ngħumu fil-ħaxix
u l-klieb ikollhom ir-rix...
Kompli aqraha...
Poeżija Ferriħija – Rita Saliba
Ħriġt mid‑dar u qlibt qasrija.
F’ħakka t’għajn imtlejt ħamrija.
Kont fi triqti lejn Ħal Lija
fejn joqogħdu oħti u ħija.
Kompli aqraha...
Il-Pustier – Saviour Camilleri
Xemx u xita barra ssibu,
Jqassam ikun fil-bibien,
Malli l-ħdax ikunu saru,
Waħda ’ll-oħra jsaqsu l-ġirien.
Kompli aqraha...
Is-Sur Minuti – Trevor Zahra
Miskin is‑Sur Minuti!
Wara l’ilu
Erbgħin sena sħaħ għalliem
Meta mingħajr l‑iċken ħniena...
Kompli aqraha...