Kategorija: Makabru

Ġeneru li jinkludi ġrajjiet tal‑biża’ u tal‑waħx. L‑istejjer jesploraw temi li jkexkxu, b’karattri bħal fantażmi, mostri u ħlejjaq ħżiena, miktubin biex iqanqlu ansjetà u tensjoni fil‑qarrej.

Dracula L-awtur Irlanidiż Bram Stoker jirrakkonta l-istorja makabra tal-Konti Dracula, ħlejqa misterjuża li mhijiex ħajja, imma fl-istess ħin mhijiex mejta, u li timraħ billejl biex tixrob demm il-ħajjin. Dan huwa r-rumanz li ħoloq ix-xempju tal-vampir u li xegħel l-immaġinazzjoni ta' ħafna kittieba warajh. (6,000 kelma)


Frankenstein Ir‑rumanz ċelebri ta’ Mary Shelley. Victor Frankenstein, imsaħħar mill‑għeġubijiet tan‑natura, jipprova joħloq kreatura ħajja, b’konsegwenzi terribbli għalih u għall‑maħbubin tiegħu.
(5,500 kelma)


Għanja tal-Milied Ebenezer Scrooge kien raġel xħiħ, kien jaħseb biss f'xogħlu u fi flusu, u ma kien jagħti xejn lil ħadd. Darba lejlet il-Milied kellu erba' żjarat...
Din hija x'aktarx l-aktar storja popolari miktuba mill-Ingliż Charles Dickens, magħrufa tista' tgħid madwar id-dinja kollha. (4,300 kelma)


Il-Kelb tal-Baskerville Wara l-qtil ta' tfajla innoċenti, il-fantażma ta' kelb kbir qed ifittex il-membri tal-familja Baskerville għall-vendetta. Imma minn fejn ġie, dan il-kelb? Hemm xi ħadd qiegħed imexxih? L-aktar avventura magħrufa tad-detective Ingliż Sherlock Holmes, maħluq minn Sir Arthur Conan Doyle. (4,100 kelma)


Il-mummja Mir-rakkonti ta' Sir Arthur Conan Doyle. Malli reġa’ ħareġ fil-garigor kien dlam ċappa. Baqa’ jżomm mal-poġġaman hekk kif beda nieżel tarġa tarġa bil-qajla. F’daqqa waħda ħass bħallikieku xi ħaġa għaddiet minn maġenbu. Sema’ ħoss baxx, u xamm xi ħaġa fl-arja. Stħajjel li xi ħaġa messitu bi sbrixx... (4,800 kelma)


***** ***** stat_3 ***** *****