Ġeneru li jinkludi stejjer dwar l‑investigazzjoni ta’ xi att kriminali jew ġrajja misterjuża, u ħafna drabi tinvolvi xi ditektiv, pulizija jew xi investigatur dilettant. Dawn l‑istejjer issib fihom ħafna konfoffi u ħjiliet li l‑karattri prinċipali jibdew jikxfu matul l‑istorja sakemm fl‑aħħar isolvu l‑misteru u ssir il‑ġustizzja. Il‑ġeneru jġiegħel lill‑qarrejja jużaw moħħhom biex jippruvaw isolvu l‑misteru.
Robert Louis Stevenson jirnexxilu jżewweġ il‑makabru mal‑misterjuż biex joħloq waħda mill‑aktar stejjer popolari tal‑letteratura Ingliża. Jista’ jkun li persuna tkun tajba u ħażina fl‑istess ħin? Tabib jagħmel esperiment biex jiskopri dan. (4,770 kelma)
Wara l-qtil ta' tfajla innoċenti, il-fantażma ta' kelb kbir qed ifittex il-membri tal-familja Baskerville għall-vendetta. Imma minn fejn ġie, dan il-kelb? Hemm xi ħadd qiegħed imexxih? L-aktar avventura magħrufa tad-detective Ingliż Sherlock Holmes, maħluq minn Sir Arthur Conan Doyle. (4,100 kelma)
Mir-rakkonti ta' Sir Arthur Conan Doyle. Malli reġa’ ħareġ fil-garigor kien dlam ċappa. Baqa’ jżomm mal-poġġaman hekk kif beda nieżel tarġa tarġa bil-qajla. F’daqqa waħda ħass bħallikieku xi ħaġa għaddiet minn maġenbu. Sema’ ħoss baxx, u xamm xi ħaġa fl-arja. Stħajjel li xi ħaġa messitu bi sbrixx... (4,800 kelma)