Kategorija: Fantaxjenza

Ġeneru li jesplora kunċetti spekulattivi bbażati fuq prinċipji xjentifiċi u teknoloġiċi. Spiss jinkludi ta’ kif id‑dinja se tkun fil‑ġejjieni, teknoloġija avvanzata, esplorazzjoni spazjali u vjaġġar fiż‑żmien. Dawn l‑istejjer iqanqlu l‑immaġinazzjoni tal‑qarrejja b’temi bħall‑evoluzzjoni umana, l‑intelliġenza artifiċjali, u l‑impatt tax‑xjenza fuq is‑soċjetà.

Frankenstein Ir‑rumanz ċelebri ta’ Mary Shelley. Victor Frankenstein, imsaħħar mill‑għeġubijiet tan‑natura, jipprova joħloq kreatura ħajja, b’konsegwenzi terribbli għalih u għall‑maħbubin tiegħu.
(5,500 kelma)


Għoxrin elf lega taħt il-baħar Fi żmien meta t-teknoloġija kienet għadha bikrija, u ma kinux jeżistu ajruplani u sottmarini, il-kittieb Franċiż Jules Verne jinseġ avventura ta' esplorazzjoni taħt il-baħar, mimlija misteri u għeġubijiet, popli slavaġ, ħlejjaq perikolużi u civiltajiet mgħarqin f'qiegħ l-oċeani.
(3,900 kelma)


Ir-Raġel l-inviżibbli Meta raġel daħal f'lukanda f'raħal żgħir Ingliż f'jum kiesaħ fi Frar, kien il-bidu ta' ġrajja straordinarja mimlija misteru u eċċitament - mhux għan-nies tar-raħal. Min kien dak ir-raġel? U għaliex kien mgħotti kollu minn rasu sa saqajh? Rumanz popolari tal-Ingliż H. G. Wells, pijunier tal-fantaxjenza.
(5,000 kelma)


Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja “Vjaġġatur qalbieni, inżel fil-kratier tal-vulkan Sneffels Yocul fl-Iżlanda, fejn jaqa’ d-dell tal-quċċata ta’ Scartaris nhar l-ewwel jum ta’ Lulju, u minn hemm tasal fiċ-ċentru tad-dinja. Dan jien għamiltu. Arne Saknussemm.”
(7,400 kelma)

***** ***** stat_3 ***** *****