Ġeneru li jinkludi stejjer qosra b’lezzjonijiet morali, b’karattri ta’ annimali li jitkellmu u jġibu ruħhom bħall‑bnedmin. L‑għan huwa li jwasslu lill‑qarrej għerf u lezzjonijiet tal‑ħajja dwar x’inhu sewwa u x’mhuwiex. Jista’ jinkludi wkoll stejjer bi kreaturi maġiċi, sħarijiet, u elementi fantastiċi. Jesploraw temi ta’ tajjeb kontra ħażin, kuraġġ, u reżiljenza.
Antoine Galland sar famuż meta daħħal L‑Elf Lejl u Wieħed (One Thousand and One Nights) fil‑kultura Ewropea.
F'din l-istorja, Ali Baba u l-familja tiegħu jħaddmu rashom biex iqarrqu u jeħilsu minn erbgħin ħalliel. (1,300 kelma)
Ħmar, kelb, qattusa u serduq jiddeċiedu li jmorru l-belt ta’ Bremen, il-Ġermanja, biex jingħaqdu mal-banda tal-post. Imma hemm xi avventuri qed jistennewhom fit-triq... (1,050 kelma)
Esopu kien ilsir Grieg li kien jgħid ħrejjef li kien jispiċċaw b'xi tagħlima dwar il-ħajja ta' kuljum. Il-karattri fihom huma ġeneralment annimali li jitkellmu u jġibu ruħhom bħall-bnedmin. Hemm mijiet ta' ħrejjef li jaħsbu li huma tiegħu. Dawn huma ftit minnhom.
(3,000 kelma)
Kollha nafu bil-praspar ta' Ġaħan fil-folklor Malti. Iżda ħafna minn dawn il-ġrajjiet fil-fatt ġejjin mill-istejjer tradizzjonali Torok tal-karattru Nasreddin, li xi drabi huwa mpinġi bħala raġel sempliċi u injorant, u xi drabi bħala bniedem stuż, għaref u li jdaħħal lil kulħadd fil-but bil-għaqal tiegħu. Dawn huma ftit minn dawk il-praspar. (3,800 kelma)
Ħrafa mistħajla mill-ġabra Stejjer Kif Xieraq (Just So Stories) ta' Rudyard Kipling, li tirrakkonta kif il-bniedem immansa lil ħafna annimali, imma l-qattus xorta ried jibqa' indipendenti!
(2,900 kelma)
Fuq talba ta' qarrejja oħra! L-Ewwel volum ta' ġabra ta' ħrejjef minn pajjiżi differenti. Min kien iż-żagħżugħ li kien jgħix f'dar ġewwa siġra? Għalfejn is-suldati tal-Imperatur kellhom jgħabbu dgħajsa b'ħafna ġebel? Għalfejn iben l-iskultur naqqax għasfur kbir bil-molol?
(10,300 kelma)
Mill-ġabra magħrufa ta' ħrejjef L-Iljieli Għarbin. Meta saħħar ġab fil-palazz tar-Re tal-Persja żiemel imsaħħar, il-Prinċep Firuż ħatfu minnufih u tar bih. Iżda ma kienx jaf jikkontrollah, u ż-żiemel ħadu f'post li qatt ma kien ra qabel.
(1,800 kelma)