Ġeneru li jinkludi stejjer, kotba, u poeżija miktubin biex jolqtu l‑interess u jedukaw lill‑qarrejja ż‑żgħar. Spiss jinkludi stejjer straordinarji, karattri tal‑għaġeb, u lingwa sempliċi. It‑temi jistgħu jinkludu lezzjonijiet morali, avventura u fantasija, immirati biex iqanqlu l‑immaġinazzjoni u l‑kurżità tat‑tfal. Il‑ġeneru għandu rwol importanti għaliex jgħin fl‑iżvilupp intellettwali u emozzjonali tat‑tfal, billi jipprovdi kemm pjaċir kif ukoll opportunitajiet ta’ tagħlim.
Mill-ktieb ċelebri tal-iSvizzera Johanna Spyri: l-istorja ta' tifla orfni li tmur tgħix ma' nannuha qalb il-muntanji u bil-karattru ferrieħi u intelliġenti tagħha tbiddel il-ħajja tan-nies li jgħixu madwarha. (5,450 kelma)
Mill-pinna tal-kittieb Taljan Carlo Collodi nibtet waħda mill-aktar ħrejjef maħbubin madwar id-dinja kollha. Din hija l-istorja tal-pupazz tal-injam imqareb li ried isir tifel ta' veru. Imma qabelxejn kellu jgħaddi minn ħafna esperjenzi u perikli, biex jitgħallem irabbi l-għaqal. (1,900 kelma)
L-aktar rumanz popolari tal-Iskoċċiż Robert Louis Stevenson. Qabel ma miet, il-pirata l-aħrax Flint ħeba teżor kbir fuq gżira diżabitata. Il-pirata Billy Bones għamel mappa li kienet turi fejn kien moħbi t-teżor. Imma sħabu riedu dik il-mappa għalihom, u kienu lesti li jagħmlu minn kollox biex jiksbuha. (9,900 kelma)
L-istorja ta' Mowgli, tifel orfni li trabba mill-ilpup fil-foresti tal-Indja.
Din hija biss waħda mill-ħrejjef fil-ġabra Ktieb il-Ġungla tal-Ingliż Rudyard Kipling, u li saret popolari l-aktar bil-films ta' Walt Disney tal-1967 u l-2016.
(4,300 kelma)
L-istorja ta' Dorothy u l-kelb tagħha Toto, li, wara uragan, jintilfu f'pajjiż meraviljuż imma b'ħafna perikli. Bl-għajnuna tal-ħbieb strambi tagħha, tfittex lis-Saħħar ta' Oż biex ikun jista' juriha t-triq lura lejn darha. Miktuba minn L. Frank Baum, din hija l-aktar ħrafa popolari fil-letteratura għat-tfal Amerikana.
(8,900 kelma)
Mill-pinna tal-Iskoċċiż J. M. Barrie, din hija l-istorja ta' tifel li ma ried jikber qatt, ta' art fantastika fejn jgħixu sħaħar, sireni, Indjani u pirati (u kukkudrill b'arloġġ fl-istonku). Wieħed mill-aktar xogħlijiet popolari mil-letteratura għat-tfal. (5,700 kelma)
Ħrafa mistħajla mill-ġabra Stejjer Kif Xieraq (Just So Stories) ta' Rudyard Kipling, li tirrakkonta kif il-bniedem immansa lil ħafna annimali, imma l-qattus xorta ried jibqa' indipendenti!
(2,900 kelma)