Kategorija: Fantasija

Stejjer li jinvolvu elementi maġiċi, ħlejjaq mitoloġiċi, u ġrajjiet sopranaturali li ġeneralment jiġru f’dinjiet immaġinarji, b’temi ta’ eroiżmu u t‑tajjeb kontra l‑ħażin. Ħafna drabi l‑istejjer jiġru f’dinjiet ivvintati b’ħafna kobor u dettall, u ssib fihom karattri straordinarji.

L-Argonawti
Ir-Re Peljas sfida lil Ġasun: “Jekk jirnexxilek issib it-Tusun tad-Deheb, nagħtik it-tron.” Minnufih Ġasun beda jiġbor ċorma ta’ nies qalbenin li kienu lesti jagħmlu l-vjaġġ perikoluż miegħu abbord ix-xini Argos.


Id-Dinja l-Mitlufa Aktar min tmenin sena qabel ma ħareġ il-film Jurassic Park, Sir Arthur Conan Doyle ippubblika dan ir-rumanz dwar dinosawri li għadhom ħajjin fid-dinja moderna. Hawnhekk niltaqgħu mad-dinosawri l-aktar popolari, li jgħixu f'biċċa art fil-qalba tal-foresta tal-Amazzonja, fl-Amerka t'Isfel. (5,600 kelma)


Peter Pan
Mill-pinna tal-Iskoċċiż J. M. Barrie, din hija l-istorja ta' tifel li ma ried jikber qatt, ta' art fantastika fejn jgħixu sħaħar, sireni, Indjani u pirati (u kukkudrill b'arloġġ fl-istonku). Wieħed mill-aktar xogħlijiet popolari mil-letteratura għat-tfal. (5,700 kelma)


Is-Saħħar ta' Oż L-istorja ta' Dorothy u l-kelb tagħha Toto, li, wara uragan, jintilfu f'pajjiż meraviljuż imma b'ħafna perikli. Bl-għajnuna tal-ħbieb strambi tagħha, tfittex lis-Saħħar ta' Oż biex ikun jista' juriha t-triq lura lejn darha. Miktuba minn L. Frank Baum, din hija l-aktar ħrafa popolari fil-letteratura għat-tfal Amerikana.
(8,900 kelma)


Stejjer qabel torqod: L-Ewwel volum Fuq talba ta' qarrejja oħra! L-Ewwel volum ta' ġabra ta' ħrejjef minn pajjiżi differenti. Min kien iż-żagħżugħ li kien jgħix f'dar ġewwa siġra? Għalfejn is-suldati tal-Imperatur kellhom jgħabbu dgħajsa b'ħafna ġebel? Għalfejn iben l-iskultur naqqax għasfur kbir bil-molol?
(10,300 kelma)


Il-Vjaġġi ta' Gulliver Dawn huma wħud mill-vjaġġi ta' Lemuel Gulliver f'xi pajjiżi fantastiċi, fejn iltaqa' ma' nies ċkejknin li setgħu joqogħdu fuq idu u nies enormi li għalihom kien daqs insett. Meta l-kittieb Ingliż Jonathan Swift kiteb dan ir-rumanz, l-iskop tiegħu ma kienx biss li jdaħħaq lin-nies, imma li jikkritika s-soċjetà ta' żmienu. (4,100 kelma)


Iż-Żiemel l-imsaħħar Mill-ġabra magħrufa ta' ħrejjef L-Iljieli Għarbin. Meta saħħar ġab fil-palazz tar-Re tal-Persja żiemel imsaħħar, il-Prinċep Firuż ħatfu minnufih u tar bih. Iżda ma kienx jaf jikkontrollah, u ż-żiemel ħadu f'post li qatt ma kien ra qabel.
(1,800 kelma)

***** ***** stat_3 ***** *****