It‑testi li hawn f’dan is‑sit għaddew minn ċertu proċess biex stajt nippreżenta test li jkun adattat għal qarrejja żagħżagħ ta’ mill‑għaxar snin ’il fuq. Bdejt l‑ewwel billi għarbilt sorsi aċċessibbli minn fejn stajt niġbor il‑materjal.
Il‑parti l‑kbira ta’ dawn is‑sorsi ġbarthom minn rivisti antiki għat‑tfal Ingliżi, bħall‑famuż Look and Learn li kien popolari immens, anki hawn Malta, bejn is‑sittinijiet u l‑ewwel nofs tat‑tmeninijiet.
Madankollu din ir‑rivista mhijiex l‑uniku sors. Ġbart minn rivisti oħrajn simili kif ukoll minn sensiliet ta’ adattamenti għal żagħżagħ li għandhom l‑iskop li jwasslu b’lingwaġġ ħafif (f’dak il‑każ l‑Ingliż) repertorju ta’ rumanzi klassiċi; xi ħaġa li f’pajjiżna għadha ma teżistix fl‑ilsien Malti.
Ix‑xogħol li sar mhuwiex traduzzjoni diretta għalkollox ta’ dawn l‑adattamenti. Kien hemm każijiet fejn is‑sors li sibt ma kienx komplut, fis‑sens li ċerti episodji mir‑rumanz oriġinali kienu neqsin (jew minħabba restrizzjoni fit‑tul tal‑adattament, jew anki għaliex l‑episodju fih innifu seta ma kienx għal kollox adattat għall‑età tal‑qarrej indirizzat). Fejn kien hemm bżonn li ħassejt li xorta waħda ndaħħal dak l‑episodju fil‑verżjoni Maltija, fittixt sorsi differenti, u ġbart l‑episodji fliemkien fit‑test Malti ppreżentat hawnhekk.
F'din il-paġna se nkun qed inniżżel is‑sorsi kollha li wżajt għat‑testi varji. Kull meta joħroġ ktieb ġdid jiżdied ma' din il‑lista.
Ċaħda: Il‑ħoloq għas‑siti msemmijin hawn kienu jaħdmu kollha waqt li kienet qed issir ir‑riċerka. Jista’ jkun li sadanittant xi wħud minnhom tbiddlilhom l‑indirizz jew tneħħew għalkollox minn fuq l‑internet.
L-Aħħar Moħikan: World of Wonder nri. 416-425, 1968.
L-Argonawti: Look and Learn nri. 001-015, 1970.
L-Assedju l-Kbir: Ara l-biblijografija mal-ktieb.
L-Avventuri ta’ Pinokkjo: Daly, Audrey, Pinocchio, Ladybord Books, 1979.
Ben Hur: World of Wonder nri. 115-126, 1972.
Id-Daqqaqa ta' Bremen: Southgate, Vera, The Musicians of Bremen, Ladybord Books, 1974.
Dawra mad-Dinja fi Tmenin Jum: World of Wonder nri. 63-69, 1971.
Id-Dinja l-Mitlufa: Collins, Joan, The Lost World, Ladybord Books, 1981.
Id-Djarju ta’ Anna Frank: Kitba oriġinali u disinji ta’ Norman C. Borg.
Don Quixote: World of Wonder nri. 225-230, 1974.
Dracula: Cameron, Joan, Dracula, Ladybord Books, 1984.
Frankenstein: Sibley, Raymond, Frankenstein, Ladybord Books, 1984.
Il-Gabbana taz-Ziju Tom: World of Wonder nri. 57-60, 1971.
Il-Gżira tat-Teżor: Foreman, Peter, Treasure Island, Black Cat, 2009.
Għanja tal-Milied: Collins, Joan, A Christmas Carol, Ladybird Books, 1982.
L-Għarajjes: World of Wonder nri. 150-157, 1973.
Għoxrin Elf Lega taħt il-Baħar: Bedall, Fiona, Twenty Thousand Leagues Under the Sea, Penguin Readers, 2008.
Heidi: Story Teller 1 nri. 118-120, 1984.
L-Istorja ta’ Mulan: Xiao, Jingping, Hua Mulan: the Lady Warrior, Rainbow Bridge, 2020.
L-Istorja ta’ Pokaħontas: Reinhart, Kelly, The True Story of Pocahontas, Black Cat, 2009.
Ħrejjef minn Ktieb il-Ġungla: Ainsworth, Alison, Tales from the Jungle Book, Ladybird Books, 1994.
Il-Ħrejjef ta’ Esopu: Stuart, Marie, A First book of Aesop’s Fables, Labybird Books, 1974; Stuart, Marie, A Second Book of Aesop’s Fables, Ladybird Books, 1974.
Il-Kelb tal-Baskerville: Sibley, Raymond, The Hound of the Baskervilles, Ladybird Books, 1982.
Il-Konti ta’ Monte Kristo: Holmes, Karen, The Count of Monte Cristo, Penguin Readers, 2008; Look and Learn nri. 361-371, 1968.
Il-Minjieri tar-Re Salamun: World of Wonder nri. 105-114, 1972.
Moby Dick: World of Wonder nri. 014-022, 1970.
Il-Mummja: Sibley, Raymond, The Mummy, Ladybord Books, 1985.
Peter Pan: Story Teller 2, nri. 14-18, 1984.
Il-Praspar ta’ Nasreddin: Kabacali, Alpay, Nasreddin Hodja, http://u.cs.biu.ac.il/~schiff/Net/front.html; https://mesuturkey.wordpress.com/2013/05/30/nasreddin-hodja-stories/; https://sites.pitt.edu/~dash/hodja.html; https://easystoriesinenglish.com/wise/; Geethapriya, S., Nasreddin Dodja, https://pdfcoffee.com/hodja-stories-pdf-free.html.
Il-Qattus li Fenda għal Rasu: Traduzzjoni diretta (mhux adattament) tat-test oriġinali kif miġjub fuq is-sit Project Gutenberg: https://www.gutenberg.org/cache/epub/32488/pg32488-images.html#Page_197; Kipling, Rudyard, Just So Stories, Doubleday, 1912.
Ir-Raġel l-Inviżibbli: Collins, Joan, The Invisible Man, Ladybord Books, 1988.
Romeo u Ġuljetta: Lamb, Charles, u Lamb, Mary, "Romeo and Juliet", Tales from Shakespeare, https://www.gutenberg.org/cache/epub/1286/pg1286-images.html#chap17.
Is-Saħħar ta’ Oż: Story Teller 2 nri. 1-6, 1984.
Is-Sejħa tal-Foresta: World of Wonder nri. 144-149, 1972.
Spartaku: Look and Learn nri. 609-612, 1973.
Stejjer Qabel Torqod (L-Ewwel Volum): storiestogrowby.org.
Tesew u l-Minotawr: https://www.storynory.com/the-minotaur/.
Il-Vjaġġi ta' Gulliver: Stuart, Marie, Gulliver's Travels, Ladybird Books, 1976; World of Wonder nri. 127-130, 1972.
Vjaġġ lejn iċ-Ċentru tad-Dinja: World of Wonder nri. 196-203, 1973-74.
Iż-Żiemel l-Imsaħħar: World of Wonder nri. 231-232, 1974.